Minn Freshers’ Week għal mal-ħaddiema barranin

 Minn Freshers’ Week għal mal-ħaddiema barranin

Jekk tridu taqtgħu l-kurżità, segwu episodju numru 3 hawnhekk

Din il-ġimgħa hemm Freshers’ Week fl-Università ta’ Malta, attività li tilqa’ l-istudenti l-ġodda. Fl-aħħar jiem, l-avveniment ġie kkritikat għax l-istudenti spiċċaw ibbumbardjati minn entitajiet  kummerċjali, sponsors tal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU).

Daniel mar sal-kampus biex jgħodd kemm-il sponsor hemm fl-istands waqt Fresher’s Week. Tgħid kemm sab? Liema entitajiet għandhom spazju dedikat għalihom? Għandhom raġun jikkritikaw lill-KSU?

Ħaddiema mhux mill-Ewropa qed jingħad li jridu jagħmlu eżami b’rabta mal-kultura Maltija. Tad-DANUSAN bagħtu lis-Sur Ancilleri biex jinvestiga kemm dawn il-ħaddiema prospettivi jafu fuq Malta tagħna. Iltaqa’ magħhom barra l-uffiċini ta’ Identità u qagħad jistaqsihom. Min jaf sabhomx ippreparati!

Fl-aħħar tal-programm, xi ħadd mill-preżentaturi skopra xi ħaġa tal-waħx …

 

Kull min irid lit-tim ta’ SHOOTER jinvestiga xi ħaġa, jibgħat fuq: [email protected]

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com