Nisa tqal Amerikani ippruvaw xi ħaġa ġdida biex tgħinhom

 Nisa tqal Amerikani ippruvaw xi ħaġa ġdida biex tgħinhom

Fl-istat ta’ Minnesota, fl-Istati Uniti tal-Amerika hemm restorant li qiegħed ibigħ burger speċjali. Xejn ġdid, hekk kif ħafna restorants jgħidu li burgers tagħhom speċjali. Li jagħmel din il-burger veru speċjali u differenti hu ili jingħad illi xi nisa li kienu waslu fl-aħħar tat-tqala tagħhom, qalu illi wara li kielu din il-burger, ħassew l-uġigħ tal-ħlas.

Din il-burger kisbet attenzjoni kbira mill-pubbliku meta beda jiġi rrapurtat l-effett li beda jkollha din l-ikla fuq il-proċess tat-twelid. Ovvjament ir-restorant ra kif għamel u semma din il-burger fuq il-menu tiegħu“ Labor inducer”

Ħafna nisa tqal (u kurjużi) bdew iżuru dan ir-restorant, bit-tama li apparti li jieklu burger tajba, b’mod naturali iħaffu ftit il-proċess tal-ħlas

Biex inkunu għidna kollox, tajjeb li nsemmu li l-ewwel omm prospettiva li bbenefikat mill-vantaġġi ta’ din il-burger kienet it-tifla tal-propjetarja tal-ħanut. Hija kielet din il-burger u wara sitt siegħat bdiet il-ħlas. Għalhekk, bħala kumpanija iddeċidew li jsemmu din il-burger Labor inducer, isem li mid-dehra mar tajjeb, hekk kif mhux biss ammont ta’ nisa marru jieklu minnha, imma uħud minnhom qalu li ħalliet l-effett mistenni minnha

Minkejja li m’hemm l-ebda prova xjentifika dwar l-effett ta’ din il-burger, jidher li uħud emmnu tant illi bdiet tinżamm “ statistika” ta’ kemm ommijiet welldu fi żmien 24 siegħa minn meta kielu din il-burger.
U jekk qed taħseb li huma biss nisa mill-istess stat illi semgħu u ppruvaw din il-burger, tajjeb li tkun konxju illi mara minn Virginia xtrat din il-burger għal bintha, u vvjaġġat fit-tul mhux ħażin, ovvjamnet żammet il-burger f’cooler

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com