Orecchiette bil-panċetta u piżelli
Filmat tar-riċetta hawn
Orecchiette. Għaġin li forsi mhux daqshekk popolari. Imma fil-verita hu tip t’għaġin li faċli ssib tixtrih. U la se nużaw għaġin differenti minn tas-soltu, tajjeb li nħawwruh b’xi zalza ukoll differenti minn tas-soltu. Zalza bil-pancetta u l-piżelli. Tajjeb li ngħidu li l-piżelli mhux biss jagħti kulur sabiħ lil kull platt, imma fih ħafna nutrijenti. Biss biss, il-piżelli huwa sors tajjeb ħafna ta’ Zinc, kif ukoll tal-vitamini C u E, fost oħrajn
Ingredjenti
200 gramma għaġin Orecchiette – La Molisana, Attard & Co
4 biċċiet panċetta – Churchill Master Butchers
Żejt taż-żebbuġa – Attard & Co
Kuċċarina Klin – Lamb brand & Loaded Pantry
Bżar – Lamb brand & Loaded Pantry
Basla – Catania & Cini Ltd
150 gramma piżelli – Catania & Cini Ltd
80 millilitru inbid abjad
100 millilitru krema
Ġobon parmeġġjan – Attard & Co
Tursin – Catania & Cini Ltd
Metodu
1. Ibda billi tgħalli l-għaġin skont l-istruzzjonijiet tal-pakkett
2. Itfa’ ftit żejt taż-żebbuġa fit-taġen, u ibda qalli l-pancetta li tkun qattajt
3. Żid il-klin u ftit bżar
4. Qatta’ basla u itfagħha fit-taġen sakemm titqalla
5. Żid il-piżelli, kif ukoll l-inbid abjad
6. Żid l-għaġin mgħolli u ħawwad sew
7. Żid il-krema u erġa’ ħawwad sabiex l-għaġin kollu jinkesa bit-taħlita
8. Aqleb l-ikel fil-platt. Miegħu żid il-ġobon, ftit żejt taż-żebbuġa u żejjen bi ftit tursin frisk