Ottubru Roża u l-anzjani

L-episodju ssibuh hawn
F’Bormla żebgħu ż-zebra crossing roża għal Ottubru Roża. Sander mar sa Bormla biex jara kemm il-Bormliżi lesti jikkontrbwixxu favur il-kampanja. Sander qabbad lil Renald biex imur jinbex lin-nies biex jipparteċipaw b’mod partikulari.
Araw l-episodju tal-bieraħ biex tkunu tafu kif in-nies laqgħuhom u jekk irnexxilhomx jikkonvinċuhom.
Fi stħarriġ riċenti l-anzjani gergru li s-soċjeta ma tagħtihomx widen. Għalhekk, Daniel mar idur u sab grupp ta’ anzjani biex jismagħhom. Mumenti ħelwin li ta’ min issegwuhom billi taraw episodju 4 ta’ SHOOTER.
Xi botta fuq konferenza stampa organizzata mill-Oppożizzjoni u l-għawma rekord li għamel Neil Agius ma tonqosx!
Tistgħu tagħtu suġġeriment ta’ x’jiġri billi tibagħtu email fuq: [email protected]