Pizza, bl-għaġina magħmula bil-jogurt

 Pizza, bl-għaġina magħmula bil-jogurt

Filmat tar-riċetta hawn

Pizza! Dik il-biċċa għaġina, miżjuda bi ftit zalza, li magħha tista’ dawk l-ingredjenti li tiggosta. Ovvjament hemm dawk il-pizez li huma standard, u l-ħwienet kollha jagħmluhom bejn wieħed u ieħor l-istess. Imma fuq il-pizza li se tagħmel id-dar, ħadd mhu sidek liema ingredjenti iżżid. F’din ir-riċetta użajna xi ingredjenti partikolari bħal ġobon tal-mogħoż.

M’hemmx bżonn tkun xi pizzar biex tagħmel din il-pizza mill-bidu nett, jiġifieri tagħmel anki l-għaġina int stess. Sempliċi u mhux se teħodlok ħafna ħin

Ingredjenti għall-għaġina

150 gramma dqiqLa Molisana Attard & Co
Tlett kwarti ta’ kuċċarina baking powder – Lamb brand & Loaded Pantry
Melħ u bżar Lamb brand & Loaded Pantry
130 millilitru jogurt GriegAttard & Co
Mgħarfa żejt taż-żebbuġa – Attard & Co
3-4 mgħaref zalza tartufa – La Molisana Attard & Co
3 faqqiegħ kbar – Catania & Cini Ltd
150 gramma Burrata Di Bufala – Attard & Co
100 gramma ġobon tal-mogħoż – Attard & Co
Prosciutto crudo Attard & Co
Weraq tal-ħabaq

Metodu

1) Agħrbel id-dqiq u żid il-baking powder, ftit melħ u bżar, kif ukoll il-jogurt u mgħarfa żejt taż-żebbuġa
2) Ħawwad sew u b’idejk ibda fforma l-għaġina
3) Ferrex ftit dqiq , iftaħ l-għaġina u poġġiha fit-tilar/ turtiera/ pjanċa li se ddaħħal fil-forn
4) Ferrex iz-zalza fuq l-għaġina u ferrex il-faqqiegħ mqatta’
5) Żid il-burrata u l-ġobon tal-mogħoż
6) Sajjar fil-forn għal bejn 10 u tnax -il minuta
7) Kif issir ferrex il-prosciutto crudo u weraq tal-ħabaq

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com