Pops tat-tiġieġ servuti mal-patata ħelwa
Filmat tar-riċetta hawn
Bħall-għaġin, it-tiġieġ huwa ingredjent ieħor li nistgħu insajjruh b’diversi modi. Mhux biss għax nistgħu nieħdu diversi partijiet mit-tiġieġa, imma ukoll għax il-mod kif jista’ wiħed isajru hu vast. Din ir-riċetta hija tajba speċjalment għat- tfal. Mhux biss se jkollhom quddiemhom ikel li għandu togħma tajba, imma t-tiġieġ se jiġi servut f’biċċiet veru żgħar. Apparti dan, din l-ikla hi msajjra mingħajr ħafna żejt żejjed, kif ħafna drabi jkun imsajjar meta nixtru dawn it-tiġieġ mill-ħweient tal-ikel
Ingredjenti għall-patata ħelwa
Ftit żejt taż-żebbuġa – Attard & Co
Smoked paprika– Lamb Brand & Loaded Pantry
Bżar u melħ – Lamb Brand & Loaded Pantry
1-2 kuċċarini klin frisk – Lamb Brand & Loaded Pantry
Patata ħelwa kbira – Catania & Cini Ltd
Ingredjenti għat-tiġieġ
100 gramma ħafur (oats) – – Lamb Brand & Loaded Pantry
Kwart ta’ kuċċarina trab tal-basal – Lamb Brand & Loaded Pantry
Kwart ta’ kuċċarina paprika – Lamb Brand & Loaded Pantry
Kwart ta’ kuċċarina bżar – Lamb Brand & Loaded Pantry
Kwart ta’ kuċċarina melħ – Lamb Brand & Loaded Pantry
2 bajdiet
200 gramma tiġieġ bla għadam – Churchill Master Butchers
Metodu tal-patata ħelwa
1) F’reċipjent, itfa’ ftit żejt taż-żebbuġa u żid il-paprika
2) Żid il-bżar u l-melħ, kif ukoll il-klin
3) Qaxxar il-patata ħelwa u qattagħha f’biċċiet
4) Itfa’ l-patata ħelwa fuq tilar tal-forn u ferrex fuqha t-taħlita taż-żejt
5) Sajjar fil-forn f’temperatura ta’ 200 Grad Celcius
Metodu tat-tiġieġ
1) F’bieqja kbira, itfa’ l-ħafur, u żid it-trab tal-basal
2) Żid il-ħwawar (paprika, bżar u melħ)
3) F’reċipjent separat ħabbat il-bajd
4) Qatta’ t-tiġieġ f’biċċiet żgħar
5) Għaddi l-biċċiet tat-tiġieġ minn ġol-bajd
6) Għaddi t-tiġieġ minn ġol-ħafur
7) Aħmi fil-forn għal bejn 15 u 20 minuta
Servi l-biċċiet tat-tiġieġ flimkien mal-patata ħelwa