Quiche b’ wrap minflok għaġina

 Quiche b’ wrap minflok għaġina

Filmat tar-riċetta hawn

Il-quiche, riċetta li forsi uħud m’għadhomx isajru daqs qabel. Diveri raġunijiet, fosthom sabiex jevitaw li jieklu l-għaġina tat-torti, Imma xi tgħid kieku jkollok tipprova ssajjar quiche u flok għaġina tat-torti (konxju li fiha ftit kaloriji mhux ħażin), tuża wraps? Tajba aktar għal saħħtek, u xorta waħda tipprovdilek platt tajjeb. Sempliċi biex tippreparaha u ma ddumx biex issir

Ingredjenti

Wrap kbira – Attard & Co
ĦassaCatania & Cini Ltd
3 bajdiet
Cherry tomatoes maqsuma minn nofs – Catania & Cini Ltd
Basla imqatta’ – Catania & Cini Ltd
Bżaru aħmar imqatta’ – Catania & Cini Ltd
Ġobon Edamer – Attard & Co
Ġobon Feta Olympus – Attard & Co
100 gramma kapuljat tal-majjal – Churchill Master Butchers

Metodu

1) Fit-turtiera li se ssajjar il-quiche, itfa’ wrap u ferrex biċċiet tal-ħass imqatta’
2) F’bieqja, ofsoq il-bajd u ħabbathom sew
3) Żid il-basla, tadam, bżar aħmar u l-ġobon Edamer u ħawwad sew flimkien
4) Żid il-ġobon Feta u l-kapuljat, u erġa’ ħawwad sew
5) Ferrex din it-taħlita fuq ir-wrap u sajjar fil-form b’temperatura ta’ 190 Grad Celcius għal 25 minuta

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com