Raġel Malti f’nofs l-Urugan Milton

 Raġel Malti f’nofs l-Urugan Milton

L-Urugan Milton, maltempata ta’ Kategorija 5, wasal fuq l-art fi Florida, l-Amerka, fid-9 ta’ Ottubru. Ħalla ħerba għax ir-riħ laħħaq mal-280km fis-siegħa u nġema’ l-għargħar. Ħafna postijiet spiċċaw bla dawl. Kien hemm anki nies li tilfu ħajjithom.

Tkellimna ma’ raġel Malti, oriġinarjament mill-Birgu, li joqgħod Indian Rocks, Florida, u esperjenza l-Urugan Milton wiċċ imb wiċċ.

“So basically, Hurricane Milton was a frightening experience more than anything.”

Hu u l-familja ppruvaw jevakwaw xi jiem qabel imma ma kienx hemm lukandi disponibbli u rritornaw id-dar.

“We hunkered down and prepared for the worst. We got a lot of rain and excessive wind gusts. It was scary at times.”

Bdew isegwu kollox fuq it-televixin imma mbagħad mar id-dawl.

The wind pushed the rain sideways. It was very loud, and you could hear objects hitting the roof.”

L-għada mar dawra bil-karozza fl-inħawi tagħhom biex jara l-ħsara li hemm. Peress li l-post huwa naqra fil-għoli ma kienx hemm għargħar fit-triq. Ir-raġel u familtu ġiethom tajba għax darhom ma kellhiex ħsarat; kulma sabu pajp tal-aircondition maqlugħ.

“Lots of trees and fences down and, yes, it’s a mess out there, but I didn’t see total destruction.”

Minkejja kollox, xorta baqgħu bla dawl għal ħin twil u s-servizz ċullulari kien batut.

Kurżità interessanti: fl-imgħoddi, fil-post fejn joqgħod ir-raġel, Indian Rock, l-abitanti nativi, imsejħin Seminole, kien jinġabru biex jistennew il-maltempati.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com