Reality shows b’differenza, fost l-oħrajn waqt il-funerali

 Reality shows b’differenza, fost l-oħrajn waqt il-funerali

Qisha saret moda li reality shows illi jkunu qed jintwerew f’pajjiżi oħra, norganizzawhom f’Malta ukoll. Ovvjament mhux kollha, u għalhekk hemm xi wħud li forsi mhux kulħadd huwa familjari jew sema’ bihom. Uħud m’għadhomx isiru, oħrajn ma tantx damu, waqt li oħrajn, bħal dawn it-tlieta, huma xi ftit strambi.

1) Bridalplasty, hija serje li ttellgħet bejn l-2010 u l-2011 fl-Istati Uniti. Tnax- il mara kkompetew biex jirbħu kemm tieġ, kif ukoll interventi ta’ kirurġija plastika. Il-kompetituri kienu jagħtu lista ta’ interventi li xtaqu jsirulhom, u r-rebbieħ ta’ kull ġimgħa kienu jirbħu intervent skont ix-xewqa tagħhom. Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni jingħataw bħala rigal l-interventi kollha li jkunu xtaqu, kif ukoll it-tieġ imħallas. Ta’ min jinnota li l-għarus ma setax jara “ ir-riżultat” tal-operzzjonijiet qabel dakinhar tat-tieġ

2) The OCD project– Proġett televiżiv ieħor Amerikan, li wkoll deher fl-2010. Dan ir-reality show jiffoka fuq 6 persuni li jsofru minn OCD differenti, fejn għal 3 ġimgħat ingħataw trattament intensiv. Biex ngħidu kollox, l-għan prinċipali tal-proġett kien edukattiv u biex titqajjem kuxjenza, madankollu ħafna argumentaw li mhux sew li dan ġie ffilmjat

3) Best Funeral Ever– Timmaġina tara programm fuq it-televiżjoni li jkun fuq il-funerali? L-għan ta’ dan il-programm kien li tiġi ċċelebrata l-ħajja bl-aħjar mod possibli. Dan il-programm ixxandar fl-2013, u fih stajna naraw persuni funerali ” straordinarji”, fejn saħansitra b’persuni li jimpersonifikaw persuni bħal Elvis jew Father Christma waqt funeral

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com