Risotto biz-zalzett tal-Malti

 Risotto biz-zalzett tal-Malti

Għal-filmat agħfas hawn

Qatt tħajjart tagħmel risotto xi ftit differenti? Jekk ma tiddejjaqx tipprova riċetta ġdida, għax ma tippruvax tagħmel dan ir-risotto biz-zalzett tal-Malti? Mhux se jeħodlok ħafna ħin, la biex tippreparah u lanqas biex isir

Ingredjenti

40 gramma ġellewżLamb brand & Loaded Pantry
Żejt taż-żebbuġaAttard & Co
BaslaCatania & Cini Ltd
Kuċċarina sagħtarLamb brand & Loaded Pantry
250 gramma zalzett tal-Malti—Churchill Master Butchers
300 gramma ross
250 millilitru inbid aħmar
100 millitru krema friska
BżarLamb brand & Loaded Pantry

Metodu

1. F’taġen itfa’ ftit żejt u ftit butir , u ibda qalli l-basla
2. Żid kuċċarina sagħtar u ħawwad sew
3. Iftaħ iz-zalzett tal-Malti, u fit-taġen itfa’ l-kapuljat tiegħu
4. Żid ir-ross, ħawwad u żid l-inbid u kompli ħawwad
5. Żid i-krema friska u ftit butir ieħor
6. Roxx ftit bżar u erġa’ ħawwad
7. Sadanittant, kisser il-ġellewż f’biċċiet żgħar
8. Kif isir ir-ross, aqleb fil-platti u ferrex il-ġellewż fil-wiċċ

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com