Salamun bil-butir u t-tewm u l-patata maxx
Filmat tar-riċetta hawn
Is-salamun huwa wieħed mill-aqwa ingredjenti illi wieħed jista’ jinkludi fid-dieta bilanċjata tiegħu, għax huwa sustantjuż, mimli vitamini u minerali. Uħud mill-vitamini issibhom b’mod qawwi fis-salamun. Apparti l-benefiċċji, is-salamun għandu togħma tassew tajba, speċjalment jekk jitħawwar b’mod tajjeb
Ingredjenti għas-salamun
2 biċċiet salamun – Catania Fisheries
4 mgħaref butir– Attard & Co
Tursin frisk – Catania & Cini
4 sinniet tewm, imqatta’ żgħir, Catania & Cini
Bżar u melħ – Lamb brand & Loaded Pantry
Għall-patata maxx
Pakkett patata maxx – Lamb brand & Loaded Pantry
Ilma
Metodu għas-salamun
1. F’taġen, saħħan il-butir u itfa’ l-biċċiet tas-salamun.
2. Żid it-tewm imqatta’ u żid il-bżar u melħ
3. B’mgħarfa ferrex il-likwidu li joħroġ, kif ukoll it-tewm fuq is-salamun
Għall-patata maxx
F’reċipjent, ħallat it-taħlita tal-patata maxx bl-ilma (bl-ammont u temperatura skont kif indikat fuq il-pakkett), sakemm tifforma l-patata
Servi billi
1) Tpoġġi l-patata fuq il-platt u mbagħad poġġi l-biċċa tas-salamun mal-ġenb
2) Roxx ftit tursin frisk fuqu