Soppa tal-bużbież

 Soppa tal-bużbież

Għal-filmat tar-riċetta agħfas hawn

Is-sopop, speċjalment fil-ġranet kiesħa tax-xitwa, dejjem huma għażla tajba bħala ikla bnina għall-familja kollha. Iżommuk sħun u joffrulna ħafna nutrijenti. Apparti minn hekk, huma riċetti faċli ħafna sabiex tippreparahom. F’din ir-riċetta se nagħmlu soppa, li forsi ħafna nies qatt ma ppruvawha. Soppa tal-bużbież. Il-bużbież hu ingredjent li jagħmel togħma tajba ħafna, u is-soppa tiegħu żgur li se tinżlilkom tajjeb ħafna

Ingredjenti

Bużbież żgħir frisk – Catania & Cini Ltd
Zokk żgħir tal-karfusCatania & Cini Ltd
Mgħarfa żejt
BaslaCatania & Cini Ltd
KarrottaCatania & Cini Ltd
Sinna tewmCatania & Cini Ltd
Nofs tazza piżelli
4 strixxi bejkenChurchill Master Butchers
Nofs tazza xgħir
Stokk tat-tiġieġ
Melħ u bżar Lamb brand & Loaded Pantry

Metodu

1. Qatta’ l-bużbież f’biċċiet żgħar u żid iz-zokk tal-karfus (sħiħ)
2. Fil-borma itfa’ mgħarfa żejt, u qalli ftit il-basla mqatta’ rqiq
3. Żid il- karrotta u s-sinna tat-tewm imqatta’, karfus u bużbież
4. Żid il-piżelli u l-bejken, u erġa’ ħawwad
5. Żid l-istokk tat-tiġieġ
6. Roxx ftit melħ u bżar
7. Neħħi z-zokk tal-karfus
8. Servi din-is-soppa

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com