Stejjer tal-qżieqeż mit-toroq u l-pagi tal-MP

 Stejjer tal-qżieqeż mit-toroq u l-pagi tal-MP

Għal min irid isegwi l-episodju, għandu l-ħolqa hawn

Ilbieraħ ixxandar l-ewwel episodju ta’ SHOOTER fuq ONE. Iltqajna man-Nannu Kola jaqbeż u jogħla bil-“majjalati” tas-sewwieqa. Ingergru fuq it-traffiku, imma ninsew il-bużullotti li nagħmlu aħna stess fit-triq.

Ngħidu aħna, jekk hemm karozza pparkjata bir-rota ta’ quddiem ġol-bus stop, tal-linja jkollha tieqaf ’il barra … x’ma jinġemax it-traffiku għalxejn! Jekk trid tara din il-majjalata u oħrajn fit-toroq tagħna li rrabjaw lin-Nannu Kola, ara l-episodju tal-bieraħ.

Jekk tkunu fit-triq u taraw xi ċuċata, iġbdu video u ibagħtuh lin-Nannu Kola fuq 9900 1225 jew email fuq [email protected].

Sadattant, DANUSAN staqsew lin-nies kemm jaħsbu li jaqilgħu paga fix-xahar il-Prim, il-ministri u l-membri parlamentari. Ħafna kienu li sparaw il-figuri u marru żmerċ! X’taħsbu li qalu meta għednielhom kemm jaqilgħu? Kemm issegwu l-episodju u tkunu tafu. Uħud mir-risposti u l-kummenti jnisslulek tbissima żgur!

Għidilna x’taħseb inti wkoll.

Min irid lil ta’ SHOOTER jinvestigaw xi ħaġa, jibgħat email fuq: [email protected].

 

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com