Taco Wrap

 Taco Wrap

Filmat tar-riċetta hawn

Kemm -il darba ma nkunux nafu x’ikel se nieħdu magħna għal fuq il-post tax-xogħol? Nispiċċaw ma nieħdu xejn, u nispiċċaw nixtru ikel minn barra. U li nixtru ikel minn barra b’mod regolari, tispiċċa spiża. Spiża żejda, speċjalment meta wieħed jikkonsidra li jista’ jsajjar riċetta sempliċi, li m’għandiex bżonn ħafna preparazzjoni, kif ukoll issir malajr.

Din ir-wrap li se nippreżenawlkom hija mimlija b’affarijiet tajbin għal saħħtek ukoll. Faċli tagħmilha

Ingredjenti

Ftit żejt taż-żebbuġaAttard & Co
Basla żgħira mqatta’ – Catania & Cini Ltd
200 gramma kapuljat taċ-ċanga- Churchill Master Butchers
350 gramma qamħirrun

2 tadamietCatania & Cini Ltd
Kwart ta’ bżaru aħdar u aħmar – Catania & Cini Ltd
250 gramma fażola ħamra – Lamb brand & Loaded Pantry
WrapPoco Loco Attard & Co
Tazza ġobon cheddar maħkuk

Metodu

1) F’taġen bi ftit żejt taż-żebbuġa ibda qalli l-basla
2) Żid il-kapuljat u kompli qalli
3) Magħhom itfa’ l-kumplament tal-ħaxix (qamħirrun, tadam , bżar tal-kulur)
4) Żid i-fażola u ħawwad sew
5) Iftaħ wrap u saħħanha ftit biex tinxtewa
6) Ferrex fuqha il-ġobon cheddar
7) Ferrex it-taħlita ta’ kapuljat u ħaxix
8) Itwi wrap u tista’ sservi

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com