Tagliata bl-insalata tar-rukola
Filmat tar-riċetta hawn
Meta mmorru f’xi restorant, mhux l-ewwel darba li nispiċċaw nagħżlu ikel partikolari minħabba li minkejja li nkunu nħobbuh, ma tantx insajruh id-dar. Ħafna drabi r-raġuni tkun li naħsbu li ma nafux kif nagħmluh, jew li trid ħafna xogħol. Mhux dejjem ikun il-każ.
F’din ir-riċetta se naraw kif nistgħu nippreparaw tagliata. Platt b’palat tajjeb, sempliċi biex tagħmlu, kif ukoll ma jieħux ħafna ħin ta’ preparazzjoni. Miegħu se nservu ukoll ftit insalata tajba.
Ingredjenti
850 gramma laħam taċ-ċanga – Churchill Master Butchers
3 imgħaref żejt taż-żebbuġa – Attard & Co
Mgħarfa Soy Sauce – Attard & Co
2 imgħaref ħall balsamiku – Attard & Co
Melħ u bżar – Lamb brand & Loaded Pantry
2 kuċċarini klin niexef – Lamb brand & Loaded Pantry
12 -il tadama-ċirasa – Catania & Cini Ltd
Rukola – Catania & Cini Ltd
Tazza qxur tal-parmeġġjan – Attard & Co
Żejt taż-żebbuġa (biex taqli )- Attard & Co
Metodu tal-laħam
1) Ipprepara l-laħam billi tqattgħu fi strixxi
2) Itfgħu f’kontenitur ftit kbir u ferrex fuqu 2 imgħaref żejt, soy sauce, ħalla balsamiku, kif ukoll ftit melħ u bżar skont kemm tiggosta
3) Itfa’ l-klin u ħawwad sabiex il-laħam jitħawwar kollu
4) F’taġen itfa’ ftit żejt taż-żebbuġa u itfa’ l-laħam biex jinqela
5) Dawwar il-laħam sabiex isir sew minn kull naħa
Għall-Insalata
1) F’bieqja itfa’ t-tadam-ċirasa u r-rukola, u żid il-parmeġġjan
2) Żid mgħarfa żejt taż-żebbuġa u ftit melħ u bżar
Biex isservi
Ifrex l-insalata fuq il- platti, u poġġi l-biċċiet tal-laħam