Tarja moqlija

 Tarja moqlija

Filmat tar-riċetta hawn

Kultant ingredjent partikolari iġibilna nostalġija. Niftakru f’meta konna żgħar u ommna jew xi nanna kienet issajrilna dik ix-xi ħaġa li ma bqajniex nikluha b’mod regolari. Wieħed mill-platti li fl-imgħoddi kien popolari, forsi aktar minn dan iż-żmien, kien it-tarja moqlija.

F’din ir-riċetta ukoll se nużaw it-tarja, u se naqluha fi ftit butir. Platt bnin, illi jaf jinżel aktar għasel jekk meta konna żgħar kien wieħed mill-platti favoriti tagħna

Ingredjenti

200 gramma għaġin (Tarja) – La Molisana, Attard & Co
2 imgħaref butirAttard & Co
Basla żgħira – Catania & Cini Ltd
3 faqqiegħCatania & Cini Ltd
4 biċċiet bejkenChurchill Master Butchers
60 gramma zalzett tal-maltiChurchill Master Butchers
Kwart ta’ kuċċarina smoked paprikaLamb brand & Loaded Pantry
Bżar u melħLamb brand & Loaded Pantry
2 bajdiet
50 gramma ġobon Grana Padano – Attard & Co
TursinCatania & Cini Ltd

Metodu

1) F’borma misħun jagħli, għalli t-tarja skont l-istruzzjonijiet li ssib fuq il-pakkett
2) F’taġen, itfa’ u dewweb il-butir
3) Qatta’ l-basla rqiqa ħafna, u żidha biex titqalla fil-butir
4) Żid magħhom il-faqqiegħ u l-bejken (imqatta’) żgħar, u ħallihom jitqallew
5) Neħħi l-biċċa ta’ barra miz-zalzett, u fit-taġen itfa’ biss il-mili tiegħu (kapuljat)
6) Żid il-ħwawar (bżar, melħ u smoked paprika) u ħawwad sew
7) F’reċipjent separat itfa’ l-bajd , żid il-ġobon u ħawwad
8) F’borma separata ħallat it-tarja, it-taħlita tal-bajd u ġobon u l-ingredjenti li tkun qallejt, u ħawwad sew
9) Erġa’ itfa’ ftit butir fit-taġen, u aqli it-tarja mħallta mal-ingredjenti l-oħra kollha
10) Dawwar it-tarja sabiex tinqela sew miż-żewġ naħat
11) Servi l-għaġin u żejjen bi ftit tursin

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com