Tħossok għajjien wara li torqod biżżejjed? 7 modi oħra ta’ mistrieħ

 Tħossok għajjien wara li torqod biżżejjed? 7 modi oħra ta’ mistrieħ

Jekk tħossok dejjem għajjien anke wara li tkun irqadt biżżejjed sigħat, m’intix waħdek. Probabbilment, l-għajja li qed tħoss ġejja minn fatturi oħrajn u l-irqad mhux se jsolvihom waħdu. Skond l-awtriċi tal-ktieb ‘Sacred Rest’, Dr Saundra Dalton-Smith, hemm modi oħrajn kif ġismek u moħħok jaf ikollhom bżonn jistrieħu. Dawn huma:

  1. Mistrieħ fiżiku – aparti xi sjesta, tista’ tagħmel ukoll attivitajiet fiżiċi bħal stretching u yoga li jgħinuk tistrieħ. Dawn huma partikolarment ideali meta ġsimek tħossu tqil u għajjien.
  2. Mistrieħ tal-moħħ – dan huwa ideali għal dawk li jħossuhom mgħobbija mentalment. Jinkludi pawżi qosra matul il-ġurnata tax-xogħol biex tnaqqas il-piż fuq il-moħħ u ttejjeb il-konċentrazzjoni.
  3. Mistrieħ tas-sensi – fid-dinja tal-lum is-sensi tagħna jistgħu jispiċċaw eżawriti. Mod kif tistrieħ huwa li tnaqqas affarijiet sensorjali għal ftit ħin, bħal toqgħod f’ambjent kwiet jew tuża headphones li jikkanċellaw l-istorbju.
  4. Mistrieħ kreattiv – jekk inti persuna kreattiva, meta tieħu pawżi kreattivi tista’ tistimola l-ispirazzjoni. Qatta’ ftit ħin fin-natura jew anke tagħmel xi tip ta’ arti jew attivitajiet kreattivi biex issaħħaħ il-kreattivita tiegħek.
  5. Mistrieħ emozzjonali – dan it-tip ta’ mistrieħ ifisser li tippermetti lilek inniffsek li tesprimi s-sentimenti tiegħek b’mod miftuħ. Ħafna d-drabi meta noħonqu l-emozzjonijiet tagħna nispiċċaw inħossuna għajjenin.
  6. Mistrieħ soċjali – dan jinvolvi li ddawwar lilek inniffsek b’persuni li jġiegħeluk tħossok tajjeb milli persuni li joħonqulek l-enerġija. Ibbilanċja l-interrazzjoni soċjali ma’ ħin waħdek biex tħossok aktar enerġiku.
  7. Mistrieħ spiritwali – għal ħafna, il-mistrieħ spiritwali jinvolvi li tkun konness ma’ xi ħaġa akbar minnek. Dan il-mistrieħ jiġi minn talb, meditazzjoni jew xi ħin tgħin lill-komunità.

Meta tidentifika liema tip ta’ mistrieħ nieqes jew nieqsa minnu, tkun tista’ tiffoka fuq li terġa’ tieħu saħħtek lura.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com