Timmaġina x’inhuma l-aktar affarijiet li jswew flus?

 Timmaġina x’inhuma l-aktar affarijiet li jswew flus?

X’ timmaġina li hu l-aktar oġġett għali fid-dinja? Moħħ ħafna żgur se jaħseb li l-aktar xi ħaġa li tiswa flus bilfors hi xi biċċa art, xi lukanda jew xi ħaġa li għandha x’taqsam mall-bini. Imma fil-fatt fil-lista tal-aktar oġġett li jiswa flus, m’intix se ssib bini, imma oġġett li għal ħafna huwa ħaġa li faċli jitlef l-valur, jew li għal ħafna lanqas biss jinteressahom jinvestu fih.

L-iktar oġġett li jiswa flus fil-fatt huwa l-History Supreme Yacht, opra tal-baħar li jiswa aktar minn 4.5 biljun Dollaru Amerikan. Dan il-jott, li dam 3 snin sabiex jitlesta, kien inxtara minn persuna anonima li huwa mill- Malasja. Li jagħmel dan il-jott daqshekk speċjali u ta’ valur huwa li dan jinkludi fih deheb u anki platinum. U meta nsemmu d-deheb u platinum mhux nitkellmu fuq kisja, imma fuq madwar 100, 000 kilogramma

Warajh jiġu 2 binjiet (Antilia u Villa Leopolda) li jiswew 2000 miljun u 506 miljun Dollaru Amerikan rispettivatment. Antilia huwa skyscraper li jinsab f’Mumbai, fl-Indja, u huwa r-residenza tan-negozjant Mukesh Ambani u l-familja tiegħu. Dan il-bini fih 27 sular, u jinkludi diversi sulari ta’ parkeġġi, spa, sala taż-żfin, u anki 3 helipads.

Minn naħa l-oħra, Villa Leopolda tinsab fi Franza u fost is-sidien li kellha kien hemm anki ir-Re Leopold it-Tieni, re tal-Belġju

U wara dawn il-binjiet jiġu 2 pitturi (Salvator Mundi u The Card Palyers). Il-pittura Salvador Mundi, li hi attribwita lill-artist Leondardo da Vinci, jidher li għandha valur ta’ aktar minn 450 miljun Dollaru Amerikan, tmur lura aktar minn 500 sena

Minn naħa l-oħra il-pittura The Card Players , xogħol ta’ Paul Cézanne u li saret lejn l-aħħar tas-seklu 19, għandha valur ta’ madwar 250 miljun Dollaru Amerikan

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com