Torta tal-lewż

 Torta tal-lewż

Għall-filmat tar-riċetta agħfas hawn

Apparti l-ikla prinċipali li nieklu sabiex nieħdu n-nutrijenti meħtieġa, kultant ikollna aptit xi ħaġa b’ togħma tajba. U xi ħaġa ħelwa ta’ kultant ma tagħmilx ħażin. Speċjalment meta jkollna xi mistednin id-dar, nagħlqu is-serata tal-ikel, bid-diżerta.

Torta tal-lewż hija waħda mill-għażliet li nistgħu nagħmlu bħala diżerta. Apparti bħala diżerta biex tikolha d-dar, torta tal-lewż hija xi ħaġa sabiħa sabiex ittiha bħala rigal. F’ din ir-riċetta, se nuruk kif tagħmel il-mili ta’ din it-torta, filwaqt għall-għaġina, tista’ tuża għaġina ħelwa , li wieħed jista’ jixtri faċilment

Ingredjenti

200 gramma sostitut tal-lewżLamb brand & Loaded Pantry
200 gramma lewż mitħunLamb brand & Loaded Pantry
300 gramma zokkor irqiq (castor sugar) – Lamb brand & Loaded Pantry
Kuċċarina essenza tal-vanilja
Meraq u qoxra tal-lumiCatania & Cini Ltd
3 abjad tal-bajd
250 gramma għaġina ħelwa
70 gramma lewż sħiħ – Lamb brand & Loaded Pantry

Metodu tal-mili

1. F’bieqja,ħallat is-sostitut tal-lewż mal-lewż mtħun
2. Żid magħhom iz-zokkor irqiq u roxx l-essenza tal-vanilja
3. Żid il-meraq tal-lumi, kif ukoll il-qoxra mqatta’ rqiqa
4. Ħawwad sew
5. Issepara l-bajd, u itfa’ l-abjad tal-bajd fit-taħlita
6. Iftaħ l-għaġina u poġġiha fid-dixx. Warrab biċċa żgħira mill-għaġina
7. Ferrex it-taħlita
8. Iftaħ l-għaġina li baqgħalek u aqta’ strixxi sabiex tagħmilhom fil-wiċċ, biex il-wiċċ jiġi jidher qisu xibka
9. Poġġi l-lewż sħiħ fil-“ vojt tax-xibka”
10. Aħmi għall-madwar 15-25 minuta

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com