Torta tal-majjal

 Torta tal-majjal

Filmat tar-riċetta hawn

Torta hija ikla li ħafna nies iħobbu, mhux biss għax għandha togħma tajba, imma wieħed jista’ jagħmel din l-ikla, li għandha bażi ta’ għaġina, u jagħmel diversi tipi ta’ mili differenti. Vantaġġ ieħor ta’ torta hu illi tista’ tagħmilha ta’ daqsijiet differenti, b’mod li tista’ anki tagħmel torti żgħar u ġġorrhom miegħek jekk sejjer xi piknik

Forsi l-aktar torti komuni magħna l-Maltin huma t-torti tal-irkotta jew dik tal-piżelli, normalment miżjuda b’xi corned beef jew kapuljat, flimkien ma’ ħaxix. Imma f’din ir-riċetta se naraw kif nistgħu nagħmlu torta differenti, mimlija b’ħafna affarijiet li huma tajbin kemm bħala togħma u kemm għal saħħitna.

Ir-riċetta se turina kif nagħmlu saħanistra l-għaġina

Ingredjenti għall-għaġina

Kilo dqiqLa Molisana Attard & Co
Kuċċarina melħLamb brand & Loaded Pantry
250 gramma marġerina
4 mgħaref żejt taż-żebbuġaAttard & Co
Tazza ilma

Għat-torta

3 biċċiet pancetta mqatta’ – Churchill Master Butchers
500 gramma żaqq tal-majjal bla ġilda – Churchill Master Butchers
Ftit dqiqLa Molisana Attard & Co
2 patatietCatania & Cini Ltd
2 baslietCatania & Cini Ltd
Kuċċarina smoked paprikaLamb brand & Loaded Pantry
Bżar u melħ – Lamb brand & Loaded Pantry
3 sinniet tewmCatania & Cini Ltd
Nofs tazza piżelli iffriżat
ĠunġlienLamb brand & Loaded Pantry
Stokk tat-tiġieġ

Metodu tal-għaġina

1) Fil-mixer itfa’ dqiq, melħ, marġerina, żejt taż-żebbuġa u ħawwad sew
2) Żid l-ilma, u kompli ħawwad
3) Kif tara li l-għaġina iffurmat, poġġi l-għaġina f’reċipjent u għattiha bl-istretch & seal

Metodu tat-torta

1) Qatta’ l-pancetta u ż-żaqq tal-majjal f’biċċiet żgħar
2) Ferrex ftit dqiq u iftaħ l-għaġina
3) Poġġi nofs l-għaġina miftuħa fir-reċipjent li se ddaħħal fil-forn
4) Fuq l-għaġina ferrex il-patata imqatta’ fi ċrieki rqaq u l-biċċiet ta’ basla mqatta’
5) Żid il-biċċiet tal-majjal u pancetta
6) Itfa’ l-paprika, tewm imqatta’ rqiq, bżar u melħ
7) Ferrex il-piżelli u biċċiet ta’ basla
8) Agħlaq it-torta bl-għaġina u agħmel toqba żgħira
9) Idlek il-wiċċ bi ftit żejt taż-żebbuġa u ferrex ftit ġunġlien
10) Sajjar fil-forn għal madwar 20 minuta
11) Fit-toqba li tkun għamilt, żid ftit stokk tat-tiġieġ

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com