Wellington tas-salamun u kunjardi tal-patata
Filmat tar-riċetta hawn
Is-salamun jibqa’ wieħed mill-aktar ħut popolari sabiex jittiekel. Mhux biss għax huwa tajjeb ħafna għal saħħitna, imma ukoll għax itina l-opportunita li nesperimentaw bil-mod ta’ kif insajjruh. F’din ir-riċetta se nsajruh b’mod differenti, hekk kif se npoġġuh fl-għaġina, qabel indaħħluh fil-forn. Miegħu se nservu ukoll ftit patata
Ingredjenti għall-patata
5 patatiet kbar – Catania & Cini Ltd
Żejt taż-żebbuġa- Attard & Co
Bżar u melħ– Lamb brand & Loaded Pantry
Klin – Lamb brand & Loaded Pantry
Paprika ħelwa – Lamb brand & Loaded Pantry
Trab tat-tewm – Lamb brand & Loaded Pantry
Ingredjenti għas-salamun
Ftit butir– Burro Soresina Attard & Co
3 sinniet tewm – Catania & Cini Ltd
200 gramma spinaċi – Catania & Cini Ltd
Melħ u bżar – Lamb brand & Loaded Pantry
4 imgħaref għasel
2 imgħaref mustarda
350 gramma għaġina
Frak tal- ħobż Lamb brand & Loaded Pantry
600 gramma flett tas-salamun mingħajr għadam u mingħajr ġilda – Catania Fisheries
Bajda
Metodu għall-patata
1) F’borma bil-misħun jagħli, għalli l-patata. Importanti li l-patata tħalliha bil-qoxra b’kollox
2) Tella’ l-patata mill-borma u aqsamha f’biċċiet
3) Poġġi l-patata f’dixx
4) Ferrex fuqha ż-żejt taż-żebbuġa u l-ħwawar ( bżar, melħ, trab tat-tewm, paprika ħelwa u klin
5) Sajjar fil-forn għal madwar kwarta
Metodu għas-salamun
1) F’taġen, saħħan ftit butir, u qalli t-tewm imqatta’ żgħir
2) Żid l-ispinaċi, u ħawwar bi ftit melħ u bżar
3) F’reċipjent , itfa’ l-għasel u ħalltu mal-mustarda
4) Iftaħ l-għaġina u iksi l-qiegħ ta’ dixx tal-forn
5) Ferrex il-frak tal-ħobż, u poġġi l-biċċiet tas-salamun
6) Fuq is-salamun ferrex it-taħlita ta’ għasel u mustarda
7) Ferrex ukoll it-tewm u l-ispinaċi
8) Agħlaq l-għaġna, b’tali mod li jiġi qisu pakkett
9) Ferrex ftit bżar u melħ
10) Agħmel strixxi fl-għaġina, u uża pinzell biex tagħti kisja l-għaġina bil-bajda
11) Sajjar fil-forn għal madwar 35 minuta