X’għandek tagħmel f’każ ta’ aggressjoni?

 X’għandek tagħmel f’każ ta’ aggressjoni?

Li nkunu nafu xi mossa biex niddefendu lilna nfusna tgħinna biex inħossuna iktar komdi. Mhux biżżejjed li nolqtu lil dawk li jaggreduna, imma kif, fejn u meta jagħmlu d-differenza.

  1. Meta jaqbduk mill-ġenb

Jekk jattakkaw mill-ġenb, il-vittmi jxejru daqqa ta’ minkeb fuq il-ħaddejn jew ix-xedaq tal-aggressuri biex jersqu lura u jkunu vulnerabbli għal daqqa oħra f’sidirhom jew l-istonku.

  1. Meta jaqbduk minn wara

Dawk li jattakkaw iħobbu jaħtfu minn wara għax ikollhom ċans jaħfnu d-dirgħajn tal-vittmi biex ma jiċċaqilqux. F’każ simili, il-vittmi jagħtu b’daqqa b’wara tar-ras, li probabbilment tiġi fuq wiċċ l-aggressuri. Bid-daqqa, aktarx li jpoġġu sieq ’il quddiem u l-vittmi jistgħu jaqbduha u jiġbduha lejhom biex l-aggressuri jaqgħu.

  1. Jekk tinqabad fi ġlieda

Jekk tinqabad fi ġlieda hemm żewġ affarijiet x’tista’ tagħmel.

Ipprova aqbad l-idejn tal-aggressuri u żomm is-swaba’ l-werrej u tan-nofs f’id u taċ-ċurkett u ż-żgħir fl-oħra. Imbagħad iġbed il-polz ’il quddiem biex tikkawża uġigħ.

Inkella pprova agħti daqqa bejn l-għadma tal-ispalla, taħt l-għonq. Jekk l-aggressuri huma rġiel, immira fuq il-ġewża tal-gerżuma.

 

Għall-istampi agħfas hawn 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com