8 modi kif jista’ jitnaqqas it-traffiku

 8 modi kif jista’ jitnaqqas it-traffiku

Fir-realtà jekk il-pajjiż irid, hemm hafna modi sabiex jitnaqqas it-traffiku. Ħaġa waħda hija żgura, jekk jonqos it-traffiku jonqos il-konsum ta’ fuel. Jiġifieri jonqos il-bejħ ta’ fuel…u kulħadd jaf xi tfisser din! Jekk ser tiġri ħadd ma jaf…

Dawn huma fost l-aħjar metodi li japplikaw għalina:

  1. Aktar Teleworking – Kieku l-gvern jiddeċiedi li ċertu xogħolijiet (li hawn ħafna) jsiru mid-dar! Kieku teleworking jiġi mandatorju f’ċertu ġranet, jonqsu ħafna u ħafna karozzi mit-toroq! Kif ukoll, jekk ix-xogħol tiegħek diġa tista’ tagħmlu mid-dar, agħmlu mid-dar. B’hekk teħles mit-traffiku żgur, u tleħħaq tieħu kafe’ bil-kwiet!
  2. Aktar użu ta’ muturi – Ħafna Maltin baqgħu jibżgħu milli jsuqu mutur, minħabba s-sewqan bl-addoċċ li jsir minn xi wħud. Fl-istess ħin, ikollhom esperjenza limitata b’użu ta’ mutur. Fir-realtà, il-periklu tas-sewqan Sqalli huwa simili bħal dak ta’ Malta…Allura jekk jintuża l-stess prinċipju ta’ Sqallija, li ta’ 16-il sena diġa jkollhom aċċess għal mutur, dak li jkun ma jdumx jaħsibha wisq għax diġa jkollu esperjenza b’mutur. Dak li titgħallem fi tfulitek, tibqa’ tiftakru għal dejjem!
  3. Servizz pubbliku aktar effiċjenti – Sfortunatament is-servizz pubbliku m’huwiex perfett, tant hu hekk li l-maġġoranza lanqas issa li hu b’xejn ma jużawh! U din kbira għax litteralment dak li jkun jgħid ”lanqas b’xejn ma nużah!”
  4. Servizz pubbliku tal-baħar – Mhux idea ħażina xejn, pjuttost tajba. Bħalna li aħna mdawrin bil-baħar, żgur li tkun ta’ vantaġġ għalina!
  5. Uża r-rota – Forsi mhux komda daqs karozza, imma tista’ tevita t-traffiku u xej xej tagħmel naqra eżerċizzju.
  6. Imxiha – Jekk it-triq mhix daqshekk twila, tista dejjem timxiha sax-xogħol. Ċans kbir tasal iktar kmieni milli kieku tmur ix-xogħol bil-karozza.
  7. Qum kmieni – Issettja l-iżveljarin għal siegħa qabel u tiskanta kemm issib inqas traffiku. F’ ċertu postijiet, hemm ukoll ċans żgħir li tilmaħ xi parking space vojt ukoll!
  8. Tir sal-post tax-xogħol – Ija, sewwa qrajtu. Bit-teknoloġija avvanzata tal-lum, b’akkwist ta’ drone jew tnejn, kapaċi teħles mit-traffiku tal-karozzi totalment. Importanti li f’dal-każ tkun taf ir-regoli tat-traffiku tal-ajru, speċjalment kif tkun għaddej viċin tal-ajruport, ma jmurx taħbat bumper to bumper m’ajruplan!Ħaġa waħda hija żgura, jekk jonqos it-traffiku jonqos il-konsum ta’ fuel. Jiġifieri jonqos il-bejħ ta’ fuel…u kulħadd jaf xi tfisser din! Kemm se tiġri ħadd ma jaf…

U ovjament meta jsir xi ppjanar ta’ xi avvenimenti, kunċerti, eċċ.. L-Ippjanar isir bis-sens u li jakkomoda l-ħinijiet ta’ traffiku, kif ukoll il-post addattat!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com