8 tipi ta’ detergents li bilfors għandu jkollok fid-dar tiegħek

 8 tipi ta’ detergents li bilfors għandu jkollok fid-dar tiegħek

Li jkollok aċċess għall-prodotti l-aktar essenzjali tat-tindif fid-dar tiegħek huwa importanti immens. Tinduna bl-importanza ta’ prodott meta tiġi bżonnu u ma ssibux! Hawn taħt, grazzi għal Mille Profumi, se ngħidulkom liema huma t-8 tipi ta’ detergents li bilfors għandu taraw li jkollkom fid-djar tagħkom.

  • Prodotti tal-ħasil tal-platti – Il-ħasil tal-platti huwa r-regola ta’ kuljum u għalhekk għandek tara li jkollok prodott mill-aqwa li jgħinek tagħmle dan b’mod effettiv bħal P&G Professional.
  • Detergent għall-ħwejjeġ – dan jiġi f’diversi forom, minn trab, għal likwidu u anke pods. Se ssib diversi tipi, rwejjaħ u ditti bħal Deo Due, Chanteclaire u Lenor fost oħrajn. Jekk għandek ġilda sensittiva tista’ tmur għall-Fairy non-bio liquid.
  • Fabric softener – importanti li wara li taħsel il-ħwejjeġ, ikollok dak il-prodott li jgħin il-materjal jibqa’ morbidu u jagħtih dik ir-riħa li taqsamlek qalbek bil-fwieħa bħal Coccolino.
  • Sapun li jneħħi t-tbajja – meta tkun qed tiekol u twaqqa’ xi ħaġa fuqek li kapaċi tkun ittebba, huwa importanti li jkollok prodot bħal Omino Bianco biex jgħinek telimina dik it-tebgħa mill-ewwel!
  • Aċtu li jiżblokka t-toqba tas-sink jew tax-shower – anke jekk tkun tieħu ħsieb li tnaddaf dawn it-toqob ta’ spiss, huwa normali li jiġi żmien fejn ikun hemm bżonn tagħti tindifa aktar profonda billi tuża prodott bħal Elbow Grease.
  • Bleach għat-toilet – li żżomm it-toilet nadif huwa importanti biex il-kamra tal-banju tiegħek tkun nadifa kif suppost u telimina l-batteri. Hawn għandek tuża prodotti bħal Dettol jew ACE.
  • Detergent biex tnaddaf il-ħġieġ – issa li wasal iż-żmien tax-xita huwa normali li nibdew naħsbu aktar fit-tindif tat-twieqi biex dejjem inżommuhom ileqqu. Għal dan għandek tuża prodotti bħal Vedo Chiaro jew Quasar u għat-twieqi, l-Astonish.
  • Diżinfettant għat-tindif tal-uċuħ tal-għamara – dan huwa bżonnjuż f’kull parti tad-dar iżda partikolarment fil-kċina. Hawn għandek tuża prodotti bħal Sanitol jew Dettol.

Dawn il-prodotti u aktar kollha tistgħu ssibuhom mingħand Mille Profumi, fin-Naxxar, Ħaż-Żabbar u min-nhar it-Tlieta 12 ta’ Novembru, se tkun tista’ ssibu wkoll f’Santa Venera taħt management ġdid! Dawn se jkunu kollha taħt l-istess sid u se jużaw ktieb wieħed. Allura x’qed tistenna, mur s’għand Mille Profumi u akkwista l-prodotti kollha li għandek bżonn!

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com