9 raġunijiet għaliex il-yogurt griek għandu jkun parti mid-dieta tiegħek
Il-yogurt griek huwa mimli nutrijenti u għalhekk huwa popolari fost ħafna dietologi għall-ammont għoli ta’ proteina li fih, u l-versatilità fir-riċetti. Għall-kuntrarju ta’ yogurt normali, il-yogurt Griek jgħaddi minn passatur sabiex jitneħħielu l-ammont eċċessiv ta’ whey, u b’hekk ir-riżultat huwa prodott aktar kremuż, mimli proteina u b’inqas zokkor u karbojdrati. Apparti minn hekk, huwa mimli kalċju, probijotiċi u vitamini essenzjali li jgħinu fis-saħħa tal-imsaren, l-għadam u anke jikkontrolla l-pressjoni fid-demm.
Issa li taf dan kollu, hawn taħt se ngħidulek modi differenti kif tista’ tintegra l-yogurt griek fid-dieta tiegħek.
- Użah bħala alternattiva għall-frosting – ħallat il-yogurt griek mal-għasel u icing sugar biex toħloq frosting kremuż u mimli proteini għall-kejkijiet u l-cupcakes.
- Żidu mal-ismoothie – żid nofs tazza yogurt griek mal-ismoothies għal aktar proteini u biex ikun aktar kremuż mingħajr ma tissagrifika t-togħma.
- Agħmel it-tzatziki dip – ħallat il-yogurt griek ma’ ħjar, tewm u xibt imqatta’ u ftit meraq tal-lumi biex toħloq id-dip permett għal ma’ xi biċċa pita jew żewġ galletti.
- Użah għall-immarinar – minħabba li huwa naturalment aċiduż, il-yogurt griek irattab il-laħam filwaqt li jsaħħaħ it-togħma tal-immanrinar meta jiżdied miegħu.
- Użah fiċ-cheesecakes – minflok tuża l-cream cheese, uża l-yogurt griek meta ċ-cheesecake ma jkollokx bżonn issajru fil-forn.
- Użah bħala parti mill-kolazzjon – flok tuża xi nutella fuq l-oatmeal, il-waffles jew il-pancake, uża il-yogurt griek ma’ xi ftit frott.
- Fl-insalata – biddlu mal-mayonnaise meta tagħmel l-insalata tat-tonn, tal-bajd, jew tal-patata.
- Uża lilu flok sour cream – per eżempju fis-sopop, fiċ-chili jew fil-pjatti Tex-Mex.
- Użah minflok żejt meta qed taħmi – ibdel iż-żejt mal-yogurt griek fir-riċetti tal-ħami bħal gallettini, kejkijiet u affarijiet oħrajn.