Braġoli
Għall-filmat agħfas hawn
Il-braġoli huwa platt li fl-imgħoddi ħafna kienu jħobbu jagħmlu, imma forsi minħabba l-ħajja mgħaġġla li ngħixu, ma tantx għadna nagħmluhom. Imma jekk għandek ftit ħin fuq idejk, hija xi ħaġa sabiħa li tipprova din ir-riċetta.
Ingredjenti
Karrotta mqatta’ – Catania & Cini Ltd
Basla mqatta’ – Catania & Cini Ltd
3 biċċiet laħam taċ-ċanga- Churchill Master Butchers
3 flieli tal-bejken – Churchill Master Butchers
30 gramma ġobon cheddar
Żejt taż-żebbuġa – Attard & Co
2 sinniet tewm imqatta’ – Catania & Cini Ltd
100 millilitru nbid aħmar
300 gramma passata tat-tadam – La Molisana Attard & Co
Bżar u melħ – Lamb brand & Loaded Pantry
Metodu
1. Aħsel u qatta’ l-karrotta f’biċċiet żgħar
2. Ifrex il-laħam
3. Poġġi biċċa bejken fuq kull biċċa laħam
4. Aqsam il-ġobon fi tlieta u poġġi biċċa fuq kull biċċa laħam ukoll
5. Gerbeb il-laħam
6. F’taġen bi ftit żejt taż-żebbuġa, itfa’ l-karrotti, tewm u l-basla
7. Żid il-braġoli u kompli sajjar sakemm tara li l-laħam sar (qalleb kultant ħin)
8. Żid l-inbid u l-passata tat-tadam u roxx ftit bżar u melħ
9. Kif tara li sar, tista’ sservi dawn il-braġoli