“Fiha kedda ee!” Fiorella tibdel l-ewwel tyre ta’ ħajjitha…

 “Fiha kedda ee!” Fiorella tibdel l-ewwel tyre ta’ ħajjitha…

Wasalna għal sfida ġdida għal din il-ġimgħa, u din id-darba, il-protagonista hija Fiorella. Wara li smajna l-opinjoni tagħkom, aħna ddeċidejna li l-isfida ta’ Fiorella tkun dik li tibdel puncture ta’ karozza.

Hi u Daniel irħewlha s’għand il-Bilom Service Station ta’ Ħal Luqa fejn hemm, Fiorella biddlet l-ewwel tyre ta’ ħajjitha. “Yesss! Din sfida naqra bil-bajd,” kienet ir-reazzjoni ta’ Daniel malli sar jaf x’kellha tagħmel din id-darba.

Fiorella ġabet il-jack, li użatu sabiex tħoll il-boltijiet, kif ukoll l-istepney biex biha tgħolli l-karozza minn mal-art. Bejn daħka u oħra, u xi ftit ħmieġ mhux ħażin bdiet tħoll it-tyre minn postu. Minkejja kollox, lil Daniel xorta qaltlu: “la nieħu puncture jien xorta lilek se nibqa’ nċempel!”

Wara li ħallitu, ġabet tyre ieħor sabiex tibdlu, iżda dan ma kien xejn ħafif biex tgħollih u tpoġġih f’postu. Allura Daniel daħal jagħti l-għajnuna tiegħu! Hi wara ssikkat il-boltijiet u u semgħet minn Daniel meta qalilha li l-aħħar pass huwa li tagħti l-aħħar sikkatura lill-boltijiet billi tissikka wieħed konta l-ieħor. “Fiha kedda ee, ħa ngħidlek,” kienet ir-reazzjoni finali ta’ Fiorella.

Jekk inti ma tafx tibdel puncture, tinkwieta xejn. Ta’ Bilom Service Station jieħdu ħsieb kollox. Infatti hawn se ssib ħafna aktar minn pompa tal-petrol. Hemm kumpless sħiħ ikkurat sabiex jgħinek iżżomm il-karozza pinna. Hawn tista’ tagħmel it-test tal-VRT, tirranġa t-tyres, taħsel il-karozza inti permezz tal-power wash, jew inkella titlobhom jaħslulek il-karozza waqt li tieħu kafe mil-kafetterija li tinsab fl-istazzjon stess.

Allura x’qed tistenna, salva l-pożizzjoni ta’ Bilom Service Station fuq Google Maps ħalli malli jinqala’ l-bżonn issolvi l-problema b’mod komplet!

Segwu Strada Rjali biex taraw l-isfida li jmiss, li issa jrid jagħmilha Daniel….

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com