Għaġin bil-vongole
Għall-filmat tar-riċetta agħfas hawn
L-għaġin huwa ingredjent bażiku fl-ikliet tagħna. Ħafna, jew tista’ tgħid li l-ikliet kollha li nieklu għandhom bażi ta’ ħut, ħaxix, tiġieġ, laħam, għaġina, ross jew għaġin. Id-differenza bejn platt u ieħor hu kif tħawwar dawn l-ingredjenti bażiċi jew il-mod kif issajarhom. F’din ir-riċetta, l-għaġin se nservuh biz-zalzaa magħmula fost oħrajn bil-vongole (gandoffli)
Ingredjenti
3 sinniet tewm – Catania & Cini Ltd
3 tadamiet-ċirasa – Catania & Cini Ltd
Nofs bżaru aħmar – Catania & Cini Ltd
Żejt taż-żebbuġa – Attard & Co
Smoked paprika – Lamb brand & Loaded Pantry
Bżar u melħ – Lamb brand & Loaded Pantry
200 millilitru stokk tal-ħut
Għaġin – Attard & Co, La Molisana
Nagħniegħ u ħabaq frisk – Catania & Cini Ltd
250 gramma vongole – Catania Fisheries
Metodu
1. Qatta’ t-tewm, bżar aħmar u tadam-ċirasa f’biċċiet żgħar
2. F’taġen, itfa’ ftit żejt taż-żebbuġa, u ibda qalli l-ħaxix li tkun qattajt
3. Ħawwar bil-paprika, bżar u melħ
4. Ħawwad, u żid l-istokk
5. Żid il-ħwawar friski u l-vongole, u erġa’ ħawwad
6. F’borma misħun jagħli, għalli l-għaġin skont l-istruzzjonijiet indikati fuq il-pakkett. Fil-borma żid ukoll ftit żejt taż-żebbuġa
7. Kif tara li l-għaġin sar, saffih, u żidu fit-taġen
8. Ħawwad biex l-għaġin jinkesa biz-zalza, u servi