Għaġin biz-zalzett tal-Malti

 Għaġin biz-zalzett tal-Malti

Riċetta sempliċi, imma d’differenza, hekk kif għal din ir-riċetta, flok kapuljat ser nużaw iz-zalzett tal-Malti. Differenza oħra f’dan il-platt hu li l-għaġin mhux se ngħalluh, imma se nitfgħuh fit-taġen nej. Serraħ moħħok, xorta se jsir

Ingredjenti

Basla żgħira imqatta’ – Catania & Cini Ltd
2 zalzettiet tal-Malti – Churchill Master Butchers
2 imgħaref żejt taż-żebbuġa – Attard & Co
3 sinniet tewm – Catania & Cini Ltd
6 biċċiet tadam imnixxef
Bżar – Lamb brand & Loaded Pantry
Kuċċarina riegnu – Lamb brand & Loaded Pantry
Kuċċarina paprika ħelwa – Lamb brand & Loaded Pantry
150 gramma għaġin penne – La Molisana Attard & Co
150 millilitru stokk tal-ħaxix
100 millilitru krema friska
100 millilitru passata tat-tadam La Molisana Attard & Co

Metodu

1. Qaxxar il-basla u qattagħha f’biċċiet żgħar
2. B’sikkina iftaħ il-ġilda taz-zalzett u battal il-mili, għax dak huwa li se tuża
3. F’taġen saħħan iż-żejt taż-żebbuġa, u qalli l-basal u t-tewm
4. Żid it-tadam niexef u z-zalzett, u kompli qalli
5. Roxx il-bżar, paprika u r-riegnu u kompli ħawwad
6. Fit-taġen, itfa’ l-għaġin nej
7. Żid l-istokk , il-krema u l-passata tat-tadam
8. Ħawwad, u servi kif tara li l-għaġin sar

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com