Għaġin il-forn b’differenza

 Għaġin il-forn b’differenza

Għaġin il-forn żgur li kilt kemm -il darba. Imma probabbli bil-mod tradizzjonali, jiġifieri għaġin biz-zalza tal-kapuljat u xi bajda, u msajjar fil-forn. F’din ir-riċetta ukoll se nsajjru għaġin il-forn, imma b’daqsxejn differenza, fosthom billi nużaw it-tortilla chips, kif ukoll għaġin forma differenti mis-solitu imqarrun

Ingredjenti

Basla żgħira – Catania & Cini Ltd
Għaġin Calamarata – Attard & Co La Molisana
Ftit żejt taż-żebbuġaAttard & Co
Bżar u melħLamb brand & Loaded Pantry
200 gramma laħam ikkapuljat Churchill Master Butchers
Trab tal-ħabaqLamb brand & Loaded Pantry
Trab tar-riegnuLamb brand & Loaded Pantry
400 gramma zalzaAttard & Co La Molisana
Tadam imnixxef
Kuċċarina zokkorLamb brand & Loaded Pantry
25 gramma butirAttard & Co
25 gramma dqiq Auntie’s Mix Lamb brand & Loaded Pantry
600 millilitru ħalib friskAttard & Co
Ġobon ParmeġġjanAttard & Co
Tortilla chips- La Fiesta Attard & Co

Metodu

1. Ibda billi fil-misħun jagħli ssajjar l-għaġin skont l-istruzzjonijiet tal-pakkett
2. Qatta’ l-basla f’biċċiet żgħar u f’taġen, qalliha fi ftit żejt taż-żebbuġa
3. Roxx ftit bżar u melħ fuq il-basla (skont kemm tiggosta)
4. Żid il-kapljat, biex dan ukoll jitqalla
5. Żid it-trab tal-ħabaq u tar-riegnu
6. Żid iz-zalza u ħawwad sew
7. Maz-zalza , żid ftit tadam imnixxef
8. Żid iz-zokkor

F’taġen separat:

1. Żid il-25 gramma butir u d-dqiq
2. Ħawwad sew, żid il-ħalib frisk u kompli ħawwad
3. Żid ftit melħ u bżar, u l-ġobon Parmeġġjan

Kif tlesti dawn l-affarijiet:

1) Idelk dixx bil-butir biex l-ikel ma jeħilx
2) Itfa’ l-għaġin li tkun għallejt
3) Ferrex iz-zalza, u t-taħlita tal-butir, dqiq u ġobon
4) Farrak it-tortilla chips u ferrixhom fil-wiċċ
5) Sajjar f’ forn imsaħħan b’temperatura ta’ 190 Grad Celcius għal madwar 20 minuta

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com