Il-Christmas Markets ġejjieni!

 Il-Christmas Markets ġejjieni!

Il-Milied qiegħed jersaq fil-qrib, u b’hekk diġà qegħdin jitħabbru l-famużi Christmas Markets! Dawn huma uħud milli nzertajna aħna!

  • Christmas in the Capital – Il-Christmas Market fil-belt kapitali huwa mill-aktar wieħed popolari f’Malta. Bejn il-mużika like, tiekol xi imbuljata tal-qastan, iżżur xi mużew jew tara presepju ħdejn il-Kon-Katirdal ta’ San Ġwann ma jonqosx!
  • Il-Pjazza fil-Milied – Tista’ ssib muzika, presepji, it-trejn għat-tfal, stands tal-krafts, ikel, xorb u Santa jistennik!
  • Gigantic Kirkop’s Local Christmas Market – Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop jistiednek biex tesperjenza l-maġija tas-Suq tal-Milied, li se jkun organizzat madwar it-toroq tar-raħal. Suq li joffri divertiment għall-familja kollha!
  • Christmas Market in Victoria, Gozo – Dan ħa jkun twil xahar sħiħ mill-1 sat-22 ta’ Diċemrbu fil-Villa Rundle Gardens f’Rabat, Għawdex. Suq tas-snajja tal-Milied, fejn bosta stalls se jkunu mimlijin b’varjetà ta’ teżori magħmulin bl-idejn, perfetti għal rigali uniċi tal-Milied u dekorazzjonijiet festivi.
  • Milied fil-Pjazza Birżebbuġa – Milied fil-Pjazza hija attivita’ mtella’ mill-Parroċċa ta’ Birżebbuġa u li tiftaħ ix-xahar ta’ Diċembru bl-atmosfera tal-Milied ġewwa l-Pjazza ta’ Birżebbuġa. Għal xi wħud saret avveniment speċjali li ta’ kull sena ma jintilifx. Dan għaliex kull sena tkun differenti b’attrazzjonijiet ħelwin li jdaħħluna fi spirtu sabiħ u ta’ komunita’.
  • Villaġġ tal-Milied fil-Mosta – Matul dan il-weekend se jkun hemm programm ta’ Kant, Stands ta’ Ikel u Xorb, Stands ta’ Rigali, Dawra ma’ Father Christmas permezz ta’ Train, Presepju Ħaj u ħafna aktar.
  • Milied fil-Misraħ 2024 In aid of Puttinu Cares – It-Tieni Edizzjoni ta’ Milied Fil-Misraħ 2024 | In aid of Puttinu Cares. Mill-Ħamis 12 ta’ Diċembru sal-Ħadd 15 ta’ Diċembru ġewwa l-Misraħ il-Fidwa, l-Imqabba.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com