Imqaret

 Imqaret

Għal filmat tar-riċetta, agħfas hawn

X’memorji! Daħla sal-Belt għal xi qadja jew biex taqbad tal-linja żgur kienet twassslek sabiex tgħaddi sal-gabbana li kien hemm qrib Bieb il-Belt, u tgħaddi tixtri xi żewġ imqaret għadhom jaħarqu. Ir-riħa li kienet toħroġ minn dawn l-imqaret għadhom jagħlu, biż-żejt iqattar ma setgħetx ma twasslekx biex tixtri.

Illum il-gabbana m’għadiex hemm, imma l-imqaret għadna nistgħu nikluhom. Anzi, tista’ tagħmilhom int stess, u jekk trid anki mingħajr żejt. Mhux diffiċli daqs kemm taħseb. Ara kif

Ingredjenti għat-taħlita

Qoxra ta’ larinġa maħkuka – Catania & Cini Ltd
200 gramma tamal
Meraq ta’ larinġaCatania & Cini Ltd
Nofs kuċċarina msiemer tal-qronfol
8 imgħaref ilma

Ingredjenti għall-għaġina

300 gramma dqiq Auntie’s mix Lamb brand & Loaded Pantry
100 gramma marġerina
25 gramma zokkor Lamb brand & Loaded Pantry
60 millilitru ilma kiesaħ

Icing sugar Lamb brand & Loaded Pantry

Metodu

1. F’borma poġġi t-tamal; l-qoxra u l-meraq tal-larinġa; msiemer tal-qronfol u l-ilma. Sajjar fuq nar bati. Ħawwad spiss
2. Ibda agħmel l-għaġina, billi tagħrbel id-dqiq, u miegħu iżżid il-marġerina u z-zokkor
3. Ħawwad sew fil-mixer biex tifforma l-għaġina
4. Ferrex ftit dqiq sabiex tkun tista’ tiftaħ l-għaġina
5. Iftaħ l-għaġina irqiqa u aqta’ f’biċċiet twal
6. Ferrex it-taħlita, gerbeb, u aqta’ f’qies daqs maqrut
7. Sajjar f’dixx bil-karta forno f’temperatura ta’ 200 grad Celcius
8. Kif isiru, ferrex ftit icing sugar u servi

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com