L-ilsien Malti jaf xi darba jispiċċa!

 L-ilsien Malti jaf xi darba jispiċċa!

L-Ilsien Malti, bħala lingwa unika fl-Europa, hija parti fundamentali mill-identità tagħna bħala Maltin. Madankollu, l-influss ta’ għadd kbir ta’ barranin f’Malta qajjem tħassib dwar il-futur tal-lingwa Maltija.

Malta, bil-pożizzjoni strateġika tagħha, saret destinazzjoni eċitanti għall-investiment, it-turiżmu, u l-edukazzjoni, u b’hekk attrattat numru kbir ta’ nies minn madwar id-dinja. L-impatt tal-globalizzazzjoni hija evidenti, u l-lingwa Ingliża, bħala lingwa uffiċjali, qed issir dejjem aktar komuni fl-oqsma tan-negozju, edukazzjoni, u teknoloġija. Fil-fatt, ħafna żgħażagħ Maltin jirrikorru għall-Ingliż bħala l-lingwa ta’ kuljum.

Madankollu, ma għandniex ninsew li l-Ilsien Malti huwa l-għodda primarja li biha nifhmu lil xulxin u nżommu l-kultura tagħna. Il-lingwa Maltija hija l-identità tas-soċjetà Maltija, u għandha valur kulturali li ma jistax jiġi sostitwit. Il-letteratura, l-għana, u l-kliem ta’ kuljum jiddistingwu lilna bħala poplu, u huma testimonji ta’ storja twila u rikka fil-lingwa Maltija.

L-impatt tal-lingwa Ingliża u l-kultura internazzjonali tista’ tkun ta’ sfida, iżda mhux li l-Maltin għandhom iċedu. L-għan hu li ninkoraġġixxu lit-tfal u l-ġenerazzjonijiet iż-żgħar biex jitkellmu bil-Malti fil-familja u fi spazji pubbliċi. Il-promozzjoni tal-lingwa permezz tal-media, skola, u inizjattivi mill-gvern huma elementi fundamentali biex l-ilsien awtentiku Malti jibqa’ jiffjorixxi.

L-Ilsien Malti huwa l-qofol tal-identità Maltija, u jekk nibqgħu nużawha, inkunu qed niżguraw li l-lingwa Maltija tibqa’ magħna!

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com