Pancake bil-blueberries u jogurt

 Pancake bil-blueberries u jogurt

Daqsxejn diżerta kultant ma tagħmilx ħażin. Anzi, tinżel għasel, u taf tbiddel il-burdata ta’ dak li jkun għal waħda aħjar. Diżerti nistgħu nagħmlu ħafna differenti. Illum se nippreżentaw riċetta dwar kif wieħed jista’ jagħmel pancake. Ovvjament il-pancake mhux se nikluha vojta, u għalkemm nistgħu nimlewha b’diversi affarijiet, għażilna li li nimlewha bil-blueberries.

Ingredjenti

Tazza u nofs ħalib friskAttard & Co
Mgħarfa meraq tal-lumi Catania & Cini Ltd
2 tazzi dqiqLamb brand & Loaded Pantry
3 kuċċarini trab tal-ħami (baking powder) – Lamb brand & Loaded Pantry
Mgħarfa baking sodaLamb brand & Loaded Pantry
Mgħarfa melħLamb brand & Loaded Pantry
4 imgħaref zokkorLamb brand & Loaded Pantry
Kuċċarina essenza tal-vanilja
2 bajdiet
150 gramma jogurt GriegAttard & Co
Qoxra ta’ lumija Catania & Cini Ltd
Mgħarfa għasel
Blueberries Catania & Cini Ltd

Metodu

1. F’buqar ftit kbir, itfa’ tlett kwarti ta’ tazza ħalib u żid il-meraq tal- lumi
2. F’kontentitur separat, itfa’ id-dqiq, trab tal-ħami, baking soda, melħ u zokkor.
3. Ħawwad sew u żid l-essenza tal-vanilja u żid tlett kwarti ta’ tazza ħalib
4. Żid il-bajd u żid il- ħalib bil-meraq tal-lumi li tkun ippreparajt qabel
5. Fil-bott tal-jogurt żid il-qoxra ta’ lumija, għasel u ħawwad sew
6. F’taġen itfa’ t-taħlita u żid il-blueberries
7. Dawwar u żid il-jogurt

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com