Rockbuns

 Rockbuns

Għall-filmat tar-riċetta agħfas hawn

L-istaġun tax-xitwa, qisu dieħel bil- mod il-mod. Mal-kesħa, xi tazza te’ tajba b’xi ħaġa xi nnaqqru magħha, tinżel tajjeb ħafna. Illum kollox issib tixtri, imma meta tagħmel dik ix-xi ħaġa tajba int, tinżel aħjar, għax ikollok is-sodisfazzjon li dak li qed tiekol ikun bil-ħila tiegħek. F’din ir-riċetta se nuru kif nistgħu nagħmlu r-rock buns, ħelu sempliċi, li żgur tieħu pjaċir tiekol xi waħda ma’ belgħa te’ għall-kwiet.

Ingredjenti

200 gramma dqiq self raising – Lamb brand & Loaded Pantry
80 gramma marġerina
80 gramma zokkor irqiq – Lamb brand & Loaded Pantry
Bajda
2-3 imgħaref ħalib – Attard & Co
85 gramma ġewż/ lewż imħallat – Lamb brand & Loaded Pantry
85 gramma biċċiet taċ-ċikkulata – Lamb brand & Loaded Pantry

Metodu

1. Fil-mixer, agħrbel id-dqiq
2. Żid il-biċċa tal-marġerina, u itħan sew
3. Żid iz-zokkor u l- bajda u kompli ħawwad
4. Żid il-ħalib u erġa’ ħawwad sakemm tara li ġiet iffurmata għaġina
5. Qatta’ l-ġewż/ lewż f’biċċiet żgħar, u ferrxu fuq l-għaġina
6. Żid il-biċċiet taċ-ċikkulata, u ħawwad sew
7. Ifforma blalen, u ifrex fuq dixx bil-karta forno
8. Sajjar fil-forn għal madwar 12-15 -il minuta

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com