Ross bil-kari taċ-ċanga

 Ross bil-kari taċ-ċanga

Għall-filmat tar-riċetta agħfas hawn

Ir-ross huwa platt popolari ħafna, għax nistgħu nagħmluh b’diversi metodi: Il-forn, arancini jew biz-zalza. Aktar minn hekk jista’ jisserva mgħolli, u servut flimkien ma’ diversi zlazi differenti, skont x’wieħed jiggosta. Vantaġġ ieħor tar -ross hu li jimlik, apparti li huwa prodott naturali. F’din ir-riċetta, ir-ross se nservuh flimkien ma’ zalza tal-curry u ċanga

Ingredjenti

700 gramma laħam taċ-ċangaChurchill Master Butchers
Żejt taż-żebbuġaAttard & Co
Basla mqatta’ – Catania & Cini Ltd
Bżar u melħLamb brand & Loaded Pantry
200 gramma ġewżLamb brand & Loaded Pantry
2 tadamiet friski – Catania & Cini Ltd
3 imgħaref trab tal-kariLamb brand & Loaded Pantry
2 imgħaref Mango Chutney
Stokk tat-tiġieġ
3 imgħaref dqiq tal-qamħ (corn flour) – Lamb brand & Loaded Pantry
RossLamb brand & Loaded Pantry

Metodu

1. Qatta’ l-laħam taċ-ċanga f’ biċċiet żgħar, u ibda qallih f’taġen bi ftit żejt taż-żebbuġa
2. Żid il-basla u kompli qalli
3. Roxx ftit bżar u melħ, skont kemm tiggosta
4. F’ taġen separat, ixwi ftit il-ġewż, u żid it-tadam
5. Ħawwad sew, u żid il-basal u l-laħam
6. Żid il-kari u l-mango chutney
7. Żid l-istokk tat-tiġieġ u d-dqiq. Ħawwad sew
8. Għalli r-ross fil-misħun skont kif hemm miktub fl-istruzzjonijiet ta’ fuq il-pakkett
9. Servi r-ross flimkien maz-zalza

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com