Tiġieġ bil-lumi
Għall-filmat tar-riċetta, agħfas hawn
Tiġieġ bil-lumi! Żewġ ingredjenti ewlenin li ssibhom komuni ħafna fil-kċina tagħna. It-tnejn jagħtu palat tajjeb ħafna, aħseb u ara x’palat tista’ toħroġ jekk tikkombina dawn iż-żewġ ingredjenti flimkien. Mhux riċetta diffiċli, imma hija riċetta li ladarba tippruvaha, żgur se jkollok taliet sabiex terġa’ tagħmilha
Ingredjenti
Bajda
Bżar u melħ – Lamb brand & Loaded Pantry
6 imgħaref dqiq tal-qamħirrun – Lamb brand & Loaded Pantry
Mgħarfa soy sauce – Attard & Co
200 gramma tiġieġ bla għadam- Churchill Master Butchers
Żejt taż-żebbuġa – Attard & Co
3 sinniet tewm imqatta’ – Catania & Cini Ltd
100 millilitru stokk tat-tiġieġ
Meraq ta’ 2 lumijiet – Catania & Cini Ltd
2 imgħaref zokkor – Lamb brand & Loaded Pantry
3 imgħaref għasel
Kwart ta’ kuċċarina ġunġlien iswed – Attard & Co
Metodu
1. F’reċipjent, ħabbat bajda u roxx niskata bżar u melħ
2. Żid 3 imgħaref dqiq tal-qamħirrun u ħawwad sew
3. Żid is-soy sauce
4. Poġġi l-biċċiet tat-tiġieġ fit-taħlita u ara li jinksew sew
5. Warrab it-tiġieġ fi platt
6. F’taġen separat, qalli t-tewm u żid l-istokk
7. Żid il-meraq tal-lumi, zokkor u għasel
8. F’bieqja separata żid 3 imgħaref dqiq tal-qamħirrun, ħawwad u żidu fit-taġen mat-tewm u l-istokk
9. Żid il-ġunġlien
10. Żid it-tiġieġ, ħawwad sew u servi