Tiġieġ sweet and sour
Għall-filmat tar-riċetta agħfas hawn
Bħal ma semmejna diveri drabi, it-tiġieġ itik l-opportunita li tista’ ssajjru b’diversi metodi differenti. Mhux biss tista’ ssajjar partijiet diversi, imma wieħed jista’ jsib diversi metodi kif tista’ ssajjar it-tiġieġ, anki b’riċetti li ġejjin minn diversi pajjiżi differenti. F’din ir-riċetta, se nsajjru t-tiġieġ bl-istil sweet and sour, riċetta li forsi hi marbuta mal-ikel tradizzjonali Ċiniż. Magħha se nservu ukoll ir-ross
Ingredjenti
700 gramma koxox tat-tiġieġ – Churchill Master Butchers
3 imgħaref soy sauce – Attard & Co
Żewġ sinniet tewm – Catania & Cini Ltd
Żejt taż-żebbuġa – Attard & Co
Żejt
Żewġ imgħaref zokkor – Lamb brand & Loaded Pantry
Stokk tat-tiġieġ
2 imgħaref ketchup
2 imgħaref kunserva
Meraq tal-pinapple
Soy sauce – Attard & Co
Pinapple – Catania & Cini Ltd
3 imgħaref dqiq tal-qamħ (corn flour)
Ilma
300 gramma ross – Lamb brand & Loaded Pantry
Basla kbira – Catania & Cini Ltd
Bżar ħelu tal-kulur – Catania & Cini Ltd
Nofs tazza piżelli
Metodu
1. Qatta’ pineapple f’biċċiet żgħar
2. F’bieqja kbira poġġi l-biċċiet tat-tiġieġ, u żid is-soy sauce
3. Qatta’ t-tewm u żidu mat-tiġieġ, u ħawwad sew
4. F’taġen kbir, itfa’ ftit żejt taż-żebbuġa u ibda sajjar it-tiġieġ
5. Ferrex is-soy sauce u t -tewm li tkun ippreparajt it-tiġieġ fih
6. Qalleb it-tiġieġ u kompli sajjar
7. Żid il-basal u l-bżar tal-kulur, il-piżelli u l-pineapple
8. F’bieqja separata, itfa’ ż-żejt u żid iz-zokkor, stokk tat-tiġieġ , kunserva u ketchup
9. Żid ukoll il-meraq tal-pinapple u soy sauce u ħawwad sew
10. F’bieqja separata itfa’ d-dqiq u żid l-ilma u ħawwad sew
11. F’taġen separat, itfa’ t-taħlita tal-kunserva u ketchup, u żid magħha t-taħlita ta’ dqiq u ilma
12. Sajjar sew u ferrex fuq it-tiġieġ
13. F’borma misħun jagħli, għalli r-ross skont kif hemm miktub fuq l-istruzzjonijiet tal-pakkett
14. Kif tara li sar kollox , servi mar-ross