6 vantaġġi meta tinvesti f’borom tal-istanless steel


 6 vantaġġi meta tinvesti f’borom tal-istanless steel


Wasalt biex tibdel il-borom jew se tidħol fl-ewwel dar tiegħek u għandek bżonn tixtri l-borom għall-kċina tiegħek? F’dan l-artiklu, aħna ta’ Strada Rjali tkellimna ma’ CEF Trading Ltd, sabiex nifhmu aħjar x’inhuma l-benefiċċji u l-vantaġġi li tinvesti f’borom tal-istainless steel.

Qabel kollox, huwa importanti li nifhmu li l-borom tal-istainless steel mhux kollha xorta. Infatti, borom tal-istainless steel għandhom grade bħal 18/10, 18/8, 18/C. L-ewwel numru jirreferi għall-ammont ta’ kromju li fih l-istainless steel, filwaqt li t-tieni numru jirreferi għall-ammont ta’ nikil. Aktar ma jkunu kbar in-numri, aktar ikun ta’ kwalità tajba l-istainless steel. Jekk tixtieq l-aqwa tip ta’ stainless steel, allura għandek tmur għal borom u pożati 18/10.

Issa li tgħallimtu ftit aktar dwar kif ngħarfu s-saħħa tal-istainless steel, ejja nħarsu lejn il-vantaġġi tiegħu:

1. Iservi fit-tul – għalkemm jiswa aktar flus, meta tixtri borma tal-istainless steel tkun qed tinvesti f’xi ħaġa li se sservik għal ħafna u ħafna snin.
2. Iservik skond kemm tieħu ħsiebu – min jieħu ħsieb dawn il-borom, kapaċi jgawdihom għal 10 snin jew 20 sena, u anke aktar!
3. Faċli biex tnaddfu.
4. Minnu ma joħorġux kimiċi li jistgħu jitħalltu mal-ikel.
5. Jiflaħ għal ħafna sħana.
6. Jiflaħ għal tindif b’ċertu kimiċi qawwijin.

Jekk tixtieq takkwista wħud mill-aħjar borom tal-istainless steel, għasal wasla s’għand CEF Trading Ltd, ġewwa Spencer Hill, il-Marsa sabiex jgħinukom tgħażlu l-aħjar prodotti għalikom.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com