Din hija l-etikett li għandek issegwi meta tkun qed tiekol…

 Din hija l-etikett li għandek issegwi meta tkun qed tiekol…

L-etikett inti u tiekol tista’ tgerfxek…u sfortunatament hawn ħafna nies li lanqas għandhom idea xi tkun! Partikolarment issa li waslu l-festi, huwa importanti li nitgħallmu ftit l-etikett mal-mejda tal-ikel, anke hekk kif issa jibdew l-ikliet u avvenimenti formali. Hawn taħt se ssibu ftit pariri…

  1. Ibda uża l-pożati min-naħa ta’ barra – meta jkollok ħafna pożati, skieken, frieket u mgħaref mad-dawra kollha tal-platt, normali titħawwad liema għandek tibda tuża. Dejjem għandek tibda tuża l-pożati li jinsabu fuq in-naħa ta’ barra u ma’ kull platt, timxi ‘l ġewwa. 
  2. Huwa importanti tkun taf kif għandek tpoġġi l-pożati meta tkun għadek qed tiekol – il-pożizzjoni ta’ kif tħalli l-pożati tgħin lill-waiters jifhmu jekk intix lest mill-ikel u jekk l-ikel kienx sodisfaċenti għalik. Meta tpoġġi s-sikkina u l-furketta f’forma ta’ V bil-maqlub, dan ifisser li qed tieħu pawża, imma se tkompli tiekol. Meta lest mill-ikel, għandek tpoġġi l-furketta u s-sikkina vertikali fiċ-ċentru tal-platt. Jekk l-ikel kien tajjeb ħafna, għandek tpoġġi l-pożati djagonalment fuq il-platt. Jekk ma kontx sodisfatt, għandek tpoġġi s-sikkina u l-furkett f’forma ta’ salib billi tpoġġi t-tarf tas-sikkina fis-snien tal-furketta.
  3. Għandek dejjem tiftaħ is-sarvetta fuq saqajk malli tpoġġi – malli tpoġġi mal-mejda għandek tiftaħ is-sarvetta u tpoġġiha fuq saqajk. Jekk ikollok bżonn tqum minn mal-mejda, itwiha u poġġiha fuq in-naħa tal-lemin tal-platt tiegħek. Qatt m’għandek tħalliha fuq is-siġġu jew fuq ix-xellug. 
  4. Ifhem liema huma l-pożati u t-tazzi għad-deżerta – it-tazzi jitpoġġew mil-lemin għax-xellug skond l-ordni li għandhom jintużaw. It-tazza tal-inbid hija dik fuq il-lemin, dik lejn iċ-ċentru hija għall-inbid aħmar. Intant, il-pożati għad-deżerta tipikament jitpoġġew fuq nett tal-platt.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com