Il-Borra F’Malta? Tista’ Timmaġina?!❄️☃️
Immaġina dan ix-xenarju: Qed tqum filgħodu, tiftaħ it-tieqa, u tara… l-borra!
L-ewwel ħaġa li jiġri? Kaos! Il-Maltin joħorġu biex jaħtfu l-aħħar heaters għax “taħt il-15°C insiru sikki!” Frazi fuq fomm kulħadd tkun: “Ara ma tiżloqx fis-silġ!”, filwaqt li tara grupp ta’ tfal diġà qed jibni snowman fuq iz-zuntier.
Imma ejja ma ninsewx it-traffiku! Għandna problemi bi ftit xita, aħseb u ara bil-borra. Iż-żlieq fl-Imsida jkun bħall-Olimpjadi tax-Xitwa, u minflok l-karozzi nibdew nużaw bobsleighs! Nimmaġina lil Malta tinbidel f’Narnia. In-nies jitilgħu l-Mdina għal snowball fights, u l-Ġnejna ssir is-ski resort ġdid. Xi ħadd probabbli jippjana Malta Snow Festival fil-Fosos jew ta-Qali, diġa nista’ nimmaġina dawk is-siġar kollha silġ, xena qisha minn postcard.
U fl-aħħar, x’jiġri mill-vaganzi tal-Maltin? Minflok jivvjaġġaw għall-Alpi, il-barranin jibdew jiġu hawn għall-White Christmas. Għawdex isir l-Aspen tal-Mediterran, u l-Maltin jistgħu fl-aħħar jgħidu li f’Malta għandna l-borra ukoll!
U int, x’taħseb? Tixtiq li f’Malta tinżżel il-borra?⛄