Liema l-aħjar bejn borom tal-aluminju u tal-istainless steel?

 Liema l-aħjar bejn borom tal-aluminju u tal-istainless steel?

Waħda mill-mistoqsijiet li jistaqsu ħafna hija: “x’borom għandi nixtri: tal-aluminju jew tal-istainless steel?” Aħna ta’ Strada Rjali tkellimna ma’ CEF Trading Ltd sabiex jispjegawlna aħjar id-differenzi bejn dawn iż-żewġ tipi ta’ borom.

Minkejja li fil-passat kien jingħad li l-aluminju mhux tajjeb għat-tisjir, saret ħafna riċerka riċenti li tgħid li filfatt mhux veru li mhux tajjeb għas-saħħa. Il-borom tal-aluminju li ssib mingħand CEF Trading huma tal-aqwa kwalità u huma wkoll non-stick. Dan ifisser li l-ikel ma jeħilx magħhom.

Dawn il-borom ta’ CEF Trading Ltd għandhom erba’ saffi ta’ protezzjoni non-stick biex ikunu aktar reżistenti għall-brix u jservu aktar fit-tul. Madanakollu mhux il-borom kollha tal-aluminju li hemm fis-suq huma tal-istess kwalità, u għalhekk wieħed għandu jagħmel ir-riċerka tiegħu qabel jixtri.

Imma x’jagħmel l-aluminju differenti mill-istainless steel?

  • L-aluminju huwa eħfef, irħas u għandu l-kisja tan-non-stick meta kkumparat mal-istainless steel.

  • L-istainless steel iżomm is-sħana aħjar u bħala materjal iservi aktar fit-tul.

  • Il-kisja tan-non-stick, maż-żmien, jaf tibda titqaxxar, u jkollok bżonn tibdel il-borom, xi ħaġa li fl-istainless steel ma tiġrix.

Hawn min jagħżel li jkollu taħlita ta’ borom tal-istainless steel u l-aluminium. Iżda fl-aħħar mill-aħħar, l-għażla tibqa’ xi ħaġa bbażata aktar fuq il-gosti u metodi tat-tisjir personali.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com