Problemi Bil-Passjoni Fis-Sodda? – Ġieli Pruvajtuha it-3 Waħda?!
Ngħiduha kif inhi – meta tkun f’relazzjoni twila, speċjalment jekk għandek it-tfal, qed tgħix ma’ membri tal-familja, jew ħajtek hija stress kontinwu, il-ħajja intima jaf tinbidel. Iżda ma jfissirx li kollox mitluf! Ejja nitkellmu fuq kif tista’ terġa’ tqajjem l-ispark mas-sieħeb jew sieħba tagħkom mingħajr ma tħossok imbarazzat/a.
- Komunikazzjoni, komunikazzjoni, u aktar komunikazzjoni.
Jekk ma titkellmux, ma tafux x’hemm nieqes! Tkellem mal-partner tiegħek b’mod sinċier imma bil-għaqal. Spjega kif qed tħossok u staqsi kif qed iħossu/jħossha hu/hi. L-intimità tibda mill-konnessjoni emozzjonali. Dejjem żommu r-rispett u l-etikett bħala priorita’ matul il-konverzazzjoni, it-tir m’huwiex li niġġudikaw, imma kif nitgħallmu u nikbru flimkien. - Iċċaraw il-prijoritajiet tagħkom.
Ma tistax tistenna li terġa titfaċċa l-passjoni bejnietkom jekk m’għandkomx ħin għal xulxin. Oħolqu ftit ħin biss għal xulxin – anke jekk tfisser li tagħmlu kwarta titkellmu fuq kif kienet il-ġurnata tagħkom, jew tikkumplimentaw lil xulxin biżżejjed! - Ipprovaw xi ħaġa ġdida.
Ir-rutina tista’ tkun il-qattiel ta’ kull ħaġa romantika. Ipprova ilgħab logħob tal-karti għall-adulti, ħu l-partner tiegħek barra għal xi attività mhux tas-soltu, forsi xi lezzjonijiet taż-żfin, ilbes xi ħaġa differenti, jew sempliċement biddel il-mod kif tqatta’ l-ħin magħhom inġenerali! - Identifikaw l-ostakli tal-ħajja tagħkom.
Stress, xogħol, u n-nies madwarek jistgħu jaffetwa l-ispirtu intimu tagħkom. Skopri modi kif tnaqqas l-istress bejnietkom ; morru mixja, għamlu l-massaġġi lil xulxin, jew saħansitra anke tiċċajtaw ftit klimien – jagħmel ta’ ġid! - Iftħu qalbkom ma’ xulxin.
L-intimità ma tfissirx biss sess. Drabi, konversazzjoni profonda, tgħanniqa ġenwina, jew kumpliment jistgħu jsaħħu r-relazzjoni intima tagħkom.
Ftakar;
L-imħabba u l-intimità jeħtieġu ħidma kontinwa. Kulħadd jista’ jħoss mumenti fejn l-affarijiet ma jkunux bħal qabel, imma bil-paċenzja, ħin u rifessjoni, tista’ tirritorna dik. Għax, ejja nkunu onesti, ħajja intima b’saħħitha tfisser relazzjoni aktar kuntenta!