8 Annimali li Ġew Salvati mill-Estinzjoni: Storji ta’ Suċċess Mill-2024

 8 Annimali li Ġew Salvati mill-Estinzjoni: Storji ta’ Suċċess Mill-2024

Ħafna annimali kienu qegħdin fuq l-għatba tal-estinzjoni, imma grazzi għal sforzi globali ta’ konservazzjoni, xi wħud reġgħu sabu ċ-ċans li jgħixu. Hawn taħt, se nsemmu ftit mill-istejjer ta’ suċċess li jispiraw tama għall-futur tal-pjaneta tagħna.

Il- Humpback Whales

Fl-1960, kien hemm biss madwar 1,400 balena Humpback. Grazzi għal sforzi biex jiġu protetti, issa hemm madwar 135,000 fl-2025. 

Il-Gorilla tal-Muntanji 

Fl-1980, kien hemm biss 250-il gorilla tal-muntanji, iżda grazzi għal konservazzjoni mill-qrib u protezzjoni tal-abitat tagħhom, din iċ-ċifra telgħet għal 1,100 fl-2025.

Il-Pandas Ġganti

Il-pandas kienu f’riskju serju fl-1979 meta kien hemm biss 1,114. Illum, fl-2025, il-popolazzjoni tagħhom żdiedet għal 1,864, grazzi għall-protezzjoni tal-foresti tal-bambu.

It-Tigra Bengal

Fl-2006, il-popolazzjoni tat-tigri Bengal kienet naqset għal 1,000 biss. B’kampanji kbar kontra l-kaċċa illegali u programmi ta’ riabilitazzjoni, dawn issa qegħdin għal 3,500 fl-2025.

Il-Bald Eagle

Fl-1963, kien hemm biss 410 Bald Eagles fl-Istati Uniti. Grazzi għal regolamenti ambjentali bħall-Att ‘Endangered Species Act’, il-popolazzjoni tagħhom issa laħqet 316,700 fl-2025.

Il-White Rhino

Fl-1940, kien fadal biss 100 White Rhinos. Grazzi għal konservazzjoni kontinwa, fl-2025 hemm 18,000, għalkemm l-isfida kontra l-kaċċa għall-qrun tagħhom għadha teżisti.

Is-Sea Otters

Fl-1930, il-populazzjoni tal-otters tal-baħar kien niżel għal 50 biss. Illum, fl-2025, il-popolazzjoni tagħhom żdiedet għal 125,000, grazzi għall-ħidma biex jiġu protetti l-abitati tal-kelp.

Orangutani tas-Sumatra

Fl-1990, kien hemm biss 11,000 Sumatran Orangutans. Illum fl-2025, l-għadd tagħhom żdied għal 14,000, għalkemm għadhom jiffaċċjaw theddid serju minn deforestazzjoni.

 

Dawn l-istejjer ta’ suċċess juruna kemm il-konservazzjoni hija importanti. Sforzi bħal projbizzjonijiet fuq il-kaċċa illegali, ħarsien tal-abitati qed jagħtu tama ġdida lil dawn l-ispeċi. Filwaqt li għad hemm ħafna xogħol xi jsir, dawn il-popolazzjonijiet li qed jiżdiedu huma prova li l-umanità tista’ tagħmel differenza.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com