Erġa Ħossok Żgħażugħ b’4 Modi Naturali Wara l-40ijiet

 Erġa Ħossok Żgħażugħ b’4 Modi Naturali Wara l-40ijiet

Meta tgħaddi l-40, ħafna jibdew iħossuhom għajjenin aktar minn qatt qabel. Il-ġisem jinbidel, imma dan ma jfissirx li għandek taċċetta l-għejja bħala parti mill-ħajja. Hemm ħafna modi naturali biex iżżid l-enerġija tiegħek u tħossok aħjar minn qatt qabel!

1. Il-Ħxejjex tal-Weraq Aħdar

Il-ħxejjex bħall-ispinaċi, kale, u rukola huma sors kbir ta’ nutrijenti essenzjali. Grazzi għall-ħadid u l-folati li għandhom dawn il-ħxejjex, huma jtejbu ċ-ċirkolazzjoni u jgħinu biex il-moħħ u l-muskoli jaħdmu b’mod effiċjenti. Għalhekk, meta tista’, itfa’ ftit fuq toast, ġo smoothies, jew insalati.

2. Ħalib tat-Turmeriku

Turmeriku mhux biss jintuża fil-kċina, iżda jista’ jgħinek ukoll tiġġieled l-għejja. Dan l-ingredjent anti-infjammatorju jgħin biex itaffi l-istress fil-ġisem u jagħtik enerġija naturali. Għat-te tiegħek, żid kuċċarina żgħira ta’ turmeriku ma’ ħalib sħun u ftit għasel għat-togħma.

3. Imxi, imxi, imxi!

L-eżerċizzju ħafif bħall-mixi jew stretching jista’ jagħmel mirakli! Agħmel 20 minuta kuljum ta’ attivita’ fiżika biex ittejjeb iċ-ċirkolazzjoni u tistimula l-produzzjoni tal-endorfini u l-ormoni.

4. L-irqad

Ipprova orqod bejn 7 u 8 sigħat kuljum u stabbilixxi rutina ta’ rqad b’ħinijiet stabbli. Għal lejl aktar rilassanti, evita l-mobile u t-televizjoni qabel torqod u agħmel il-kamra mudlama kemm jista’ jkun u kwieta.

 

Il-mediċina u stimulanti qatt mhu se jagħtuk l-istess riżultati bħal drawwiet tajbin u naturali. Billi tagħmel bidliet żgħar fl-istil tal-ħajja, mhux biss tħossok tajjeb, imma wkoll tgħin lill-ġismek  jaħdem b’mod aktar effiċjenti fit-tul.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com