Ħruq ta’ Stonku? Ara Dawn it-3 Soluzzjonijiet Naturali Kif Tikkumbattih!

 Ħruq ta’ Stonku? Ara Dawn it-3 Soluzzjonijiet Naturali Kif Tikkumbattih!

Il-ħruq ta’ stonku jista’ jkun tassew irritanti. Qabel tibla’ pillola, ejja nikkunsidraw ftit rimedji naturali li tista’ tipprova fid-dar biex tikkumbatti dal-uġieħ.

1. Kannella – Cinnamon 

Il-Kannella mhux biss tagħmel il-kċina tfuħ, imma tista’ wkoll tgħin biex tikkontrolla l-aċtu fl-istonku.. Għandha benefiċji anti-infjammatorji li jgħinu biex itaffu l-infiħ fl-istonku. Żid ftit minnha f’te jew fil-ħalib, u tara kif tgħinek tirrilassa.

2. Bikarbonat tas-Sodju

Niftakru n-nanna tgħid: “Uża l-bikarbonat!” Dan l-ingredjent sempliċi jagħmel il-maġija kontra l-aċidu. Żid nofs kuċċarina żgħira f’nofs tazza ilma u tixrobha bil-mod. Għax iva, il-bikarbonat inaqqas l-aċidità u jagħtik serħan immedjat. Tista’ iżżid ftit qtar lumi jew larinġ għat-togħma.

3. Torqod fuq il-Lemin? Dur fuq ix-Xellug!

L-irqad fuq in-naħa tax-xellug jista’ jkun l-aktar rimedju sempliċi daqskemm effettiv. Meta torqod fuq in-naħa tax-xellug, tgħin biex l-aċtu tal-istonku jibqa’ fejn suppost, u ma jtelliflekx il-lejl b’nar jaħraq. U jekk ma tħobbx tkun fuq naħa waħda, ipprova żid imħadda sabiex rasek tkun xi ftit ogħla. Hawn min anke ukoll iżid spacer biex is-sodda kollha nnifisha tkun immejla.

Għaliex għandek tagħżel rimedji naturali?

M’hemm xejn ħażin li tieħu mediċina meta verament jkollok bżonnha, imma mhux dejjem.. Soluzzjonijiet naturali u sempliċi bħal dawn mhux biss huma faċli, imma jgħinu wkoll lil ġismek jsolvi l-problema b’mod naturali. Għalhekk, tirrikorrux dejjem għall-mediċina qabel ma tipprova ftit “tricks”.

Ħafna drabi, bidliet żgħar fl-istil tal-ħajja, bħal tnaqqis fl-ikel li jipproduċi aċidu, jew il-ħinijiet x’ħin tiekol jistgħu jagħmlu differenza kbira.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com