Is-6 biċċiet ta’ borom l-aktar komuni u għal xiex tużahom…

 Is-6 biċċiet ta’ borom l-aktar komuni u għal xiex tużahom…

Fis-suq se tiltaqa’ ma’ ħafna tipi ta’ borom, iżda hemm sitta prinċipali li hemm bżonn ikollok fil-kċina tiegħek, fil-qisien li huma ideali għall-bżonnijiet tiegħek. Aħna ta’ Strada Rjali tkellimna ma’ CEF Trading Ltd, fejn spjegawlna liema huma dawn is-sitt biċċiet ta’ borom u għaliex jintużaw l-aktar.

  1. Il-borma l-fonda – din tintuża l-aktar għas-sopop, brodu, qaqoċċ mimli u anke biex tgħalli l-għaġin bl-użu tal-basket tal-għaġin.
  2. In-nofs borma – din tintuża l-aktar biex tgħalli ħaxix u patata, tagħmel risotto, stuffat jew anke xi zlazi għal mal-għaġin li tkun għallejt fil-borma l-fonda.
  3. Low casserole – din tintuża wkoll għall-istuffat jew risotto, laħmijiet biz-zalza jew sidriet tat-tiġieġ biz-zalza tal-faqqiegħ. Jekk din tkun ta’ daqs kbir tista’ anke tużaha biex issajjar il-fenek.
  4. Il-kazzola – din hija borma żgħira b’manku wieħed li fiha tgħalli l-bajd, il-patata u r-ross, jew biex issaħħan xi ħaġa żgħira bħal xi ftit zalza jew soppa.
  5. It-taġen – normalment jintuża għal qali ta’ bajd, laħam jew ħaxix. Jintuża wkoll biex jinxtewa l-laħam (searing jew browning).
  6. Il-grillja – din tintuża biex tixwi l-laħam, tiġieġ, ħut u anke ħaxix. Il-linji fil-grillja huma għoljin biex meta tkun qed issajjar, iż-żejt u x-xaħam li joħroġ mill-ikel jiġi fil-qiegħ tal-grillja u ma jibqax mal-laħam u għalekk it-tisjira tkun aħjar għas-saħħa.

Mingħand CEF Trading Ltd se ssib dawn it-tipi kollha ta’ borom f’daqsijiet differenti!

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com