Kemm hemm pożati!! X’inhi d-differenza fil-pożati tal-istainless steel?
![Kemm hemm pożati!! X’inhi d-differenza fil-pożati tal-istainless steel?](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2024/12/Strada-Rjali-Website-Banners-2024-8-850x560.png)
Kif diġà semmejna fl-aħħar ġimgħat, l-istainless steel għandu grades differenti u għalhekk fis-suq se ssib pożati ta’ stainless steel ta’ grades differenti. Aħna ta’ Strada Rjali staqsjena lil ta’ CEF Trading Ltd sabiex jgħidulna d-differenzi bejn il-pożati tal-istainless steel.
Huma qalulna li l-pożati tagħhom huma tad-ditta Salvinelli, u li huma kollha ta’ grade 18/10, l-aqwa tip ta’ stainless steel. Spjegawlna kif id-differenza prinċipali, apparti l-grade ta’ stainless steel hija l-ħxuna tal-materjal. Aktar kemm il-materjal ikun oħxon, aktar ikun tqil u għalhekk ikun jiswa aktar flus.
Mingħand CEF Trading Ltd se ssibu 10 tipi differenti ta’ pożati li jibdew minn ħxuna ta’ 2mm u jibqgħu tilgħin sa 5mm, fi stili differenti. Apparti minn hekk, jagħtuk il-possibilità li tgħaqqad is-sett skond il-bżonnijiet tiegħek billi tagħżel il-pożati li għandek bżonn u l-ammonti li għandek bżonn.