Matthew James jniedi l-album tad-debutt tiegħu ‘Ashes To Ashes’, li jinkludi kollaborazzjonijiet ma’ Michela Pace, Owen Leuellen u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.
Magħruf għal kanzunetti bħal Paul, Young Again, Tbissem, u l-aħħar kollaborazzjoni tiegħu mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, People, Matthew qed joħroġ l-ewwel album tiegħu bħala soloist.
“Hekk kif għamilt dawn l-aħħar snin niffoka fuq il-kitba, il-kollaborazzjoni, u l-produzzjoni tal-mużika għal artisti lokali u internazzjonali, wasal iż-żmien li nippreżenta ġabra ta’ xogħlijiet li huma aktar intimi, aktar rivelanti… aktar ‘jien’,” jgħid Matthew.
“Ashes To Ashes hija ġabra ta’ kanzunetti dwar l-imħabba u l-mibegħda, il-ħajja u l-mewt, is-saħħa u l-mard, il-fażijiet sbieħ u dawk anqas sbieħ; dawn huma kanzunetti li jfakkruni fil-kobor li l-bniedem jista’ jilħaq mingħajr ma jinsa l-umiltà tiegħu.” Dan il-ħsieb dejjem iżommni mal-art.”
Prodot minn Howard Keith u Matthew James u mmexxi u mmasterjat minn Howard Keith fi Jagged House Studios, l-album Ashes To Ashes issa huwa disponibbli fuq Spotify u fuq il-pjattaformi kollha ta’ streaming, u se jkun disponibbli wkoll fuq vinyl dalwaqt.
Link għall-album sħiħ fuq Spotify: https://shorturl.at/2OEv1