Taħfirli? Din il-kanzunetta bil-Malti titfa’ dawl fuq il-ħajja tal-priġunieri
Smajtuha l-kanzunetta bl-isem “Taħfirli?”. Fl-aħħar jiem, fuq il-midja soċjali bdiet iddur il-kanzunetta bil-Malti bi kliem ta’ Peppi Azzopardi u mużika ta’ Philip Vella li titkellem dwar dak li jgħaddu minn l-priġunieri kawża tal-iżball li jkunu għamlu u l-istigma li tiġi miegħu.
Kemm fiż-żmien li jkunu l-ħabs, kif ukoll fiż-żmien wara li jiskontaw is-sentenza tagħhom u joħorġu lura biex ikomplu ħajjithom, il-priġunieri jaffaċċjaw stigma kbira mis-soċjetà. Bħal donnhom jibqgħu mmarkati għal ħajjithom, anke meta ammettew li għamlu żball u pattew għalih.
Il-kanzunetta titfa’ dawl fuq esperjenzi varji ta’ persuni li għal xi raġuni jew oħra spiċċaw il-ħabs. Dan flimkien mat-talba ewlenija tal-kanzunetta, dik tal-maħfra mis-soċjetà, anke wara li jkunu ħadu t-tagħlima u pattew għaliha.
Il-kanzunetta nkitbet għal wieħed mill-episodji tas-serje televiżiva “Il-President” li jixxandar kull nhar ta’ Tnejn fuq Tokis, ta’ GO TV, bi produzzjoni ta’ Watermelon Media.
Isma’ l-kanzunetta minn hawn:
https://www.facebook.com/watch/?v=632712912488916&ref=sharing